''Imma aħna vera jimpurtana?'' - Anna Azzopardi, Kandidata tal-Alternattiva għal kunsill ta’ Birkirkara u Deputat Segretarju Ġenerali tal-AD

  • Mej 23, 2019 15:31
  • Miktub minn iNews
"

    Soċjetà ġusta hi soċjetà li jimporta mil-kwalità tal-ħajja ta’ kull ċittadin tagħha f’kull dettall ta’ ħajtu. Dan jidħol anke f’dettalji żgħar bħall-mixja tal-qadi ta’kuljum. Għalhekk important li f’affarijiet tal-ħajja ta’kuljum,bħall-bankini u żoni pedonali,ikun hemm ħsieb, għax ċertu dettalji li ma jolqtux lil kulħadd, kapaċi jolqtu sew il-ħajja ta’ ħaddieħor. Kunċett komuni li jintuża fit-tagħlim u fl-arkitettura huwa dak tad-Disinn Universali. Fuq dan il-prinċipju, meta bini jew prodott jiġi ppjanat, ikun hemm ħsieb għad-diversità ta’ nies li jistgħu jużawh. Dan il-prinċipju għandu jiħu applikat fil-postijiet pubbliċi tal-bliet u rħula tagħna.

    Il-bankini huma għodda li biha jinqeda kulħadd. Għalhekk huwa important li KULĦADD iħossu sigur u modu meta jużaha. Kunċett li l-Alternattiva Demokratika ilha tisħaq fuqu hija l-importanza ta’ bankini wiesa, uniformi u aċċessibli.  Idealment f’kull lokalità għandu jinħoloq pjan u mudell fuqxiex ikunu ddisinjati bankini aċċessibli – kemm bħala wisgħa, kif ukoll bħala materjal użat. Materjal ta’ kwalità tajba jiggarantixxi li bankina tibqa f’postha fit-tul. Il-materjal użat irid jirrifletti l-użu tal-bankina – mixi, u użu minn persuni b’ħiliet differenti fil-mobilità. Ġieli tkun qed timxi u ssib li xi ħadd baqa’ niezel bil-madum tal-parapett sal-bankina, u miskin inti jekk ma tkunx moħħok hemm jew tkun ftit xita għax tiżloq!

    Apparti min hekk, xi kultant ninsew li l-bankini huma propjetà pubblika! Ma trid xejn biex ikun hawn xi kuntrattur jaqlagħlek bankina biex jibni, mbagħad jagħmillek oħra minflokha. X’garanzija hemm li din il-bankina ġdida ħa tkun magħmula bi standards tajbin u adattati għal kulħadd? Biex ma ninsewx id-drawwa li hawn, li kull fejn il-garaxx, il-bankina jew titla’, jew tinżel. Ma hemmx għalfejn – hemm mod kif bankina tkun aċċessibli u jkollha rampa għal garaxx li ma tostakolax triq.

    Hemm fondi allokati għall-Kunsilli Lokali, li parti minnhom tista’ tiġi nvestita f’riċerka u ppjanar ta’ mudell għal- postijiet pubbliċi li fuqhom għandu jimxi pjan ta’ lokalità. Hekk, ladarba jibda jsir xogħol fuq fost oħrajn, bankini u żoni pedonali oħra, ikun hemm garanzija li l-irħula tagħna jkunu aċċessibli għal kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0