''Ħalluni nsewwi l-ħsara li saritilna'' - Josianne Cutajar

  • Mej 23, 2019 14:27
  • Miktub minn iNews
"

    Ħalluni nreġġa’ lura u nsewwi l-ħsara li saritilna fl-Ewropa matul l-aħħar snin. Ħalluni nerġa’ nagħti isem tajjeb lil pajjiżna kif jixraqlu. Ħalluni naħdem biex intejjeb, u mhux intellef, ix-xogħol tal-familji Maltin u l-Għawdxin.

    Din kienet is-sejħa ta’ Josianne Cutajar fl-aħħar jum tal-kampanja tagħha lejn l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Kampanja li fiha Cutajar wasslet messaġġ qawwi favur soċjetà ġusta.

    Sa mis-sejħa pubblika li għamlilha l-Prim Ministru biex tpoġġi isimha mal-kandidati f’isem il-Partit Laburista, Cutajar ma ddejqitx titkellem dwar l-isfidi tal-familji u t-tbatija fost ċertu faxex tas-soċjetà. Il-fatt li hija l-iżgħar kandidata f’isem il-Partit Laburista ma waqqafhiex milli tressaq proposti u turi x’tip ta’ politika moderna qed tipproponi biex dawk l-isfidi jiġu indirizzati.

    Fuq kollox, Cutajar saħqet li trid taħdem favur il-pajjiż kollu, biex l-isem ħażin li ppruvaw jagħmlu rappreżentanti Nazzjonalisti fl-Ewropa jitreġġa’ lura.

    “Qatt ma jien se naċċetta li Maltin stess jagħmlu d-deni lill-postijiet tax-xogħol tal-Maltin u Għawdxin. Li b’gidba jirriskjaw kull ma nkiseb mill-pajjiż. Li nweġġgħu lil Maltin u lil Għawdxin.”

    Fi kliem Cutajar, id-dmir ta’ kull rappreżentant tal-poplu Malti u Għawdxi hu li jibqa’ viċin in-nies, li jisma’, jifhem, u jwassal dak il-messaġġ.

    Jien hekk qed nagħmel, u hekk se nkompli nagħmel, qalet Cutajar, li nkun viċin l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-ġenituri u l-ħaddiema, biex kollha kemm aħna f’Malta u Għawdex ngħixu ħajja li tixraqilna.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0