FILMAT: ''Fil-politika, m’hemmx lok għall-insulti u l-assassinju tal-karattru''

  • Mej 23, 2019 13:20
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Inewsmalta tkellem mal-Kandidat għall-Parlament Ewropew għall-Partit Laburista, Felix Busuttil, fuq id-deċiżjoni tiegħu li jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju li ġejjin. Busuttil ddeskriva l-politika hija t-taħlita ta’ ħafna fatturi”, filwaqt li semma kif l-involviment politiku minn dejjem kien preżenti fi ħdan il-familja tiegħu: “Missieri kien ħareġ għall-politika l-ewwel darba fis-sebgħinijiet, u kif ukoll iz-ziju u t-tifel tiegħu, li kienu involuti fi ħdan il-Partit Laburista. Ftit huma dawk li jafu li n-nannu tiegħi kien midħla wkoll fil-politika.” 

    “Dejjem emmint li fil-politika, mhemmx lok għall-insulti, u għall-assassinju tal-karattru: Il-politika qegħda hemm għad-dibattitu, u għall-kompromess prattiku. Naslu għal mod fejn ikun hemm riżultati tanġibbli, li jipproduċu liġijiet għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Naħseb li l-Partit Laburista kien minn ta quddiem, minn taħt it-tmexxija ta’ persunaġġi bħal Boffa, Mintoff, Mifsud Bonnici, Sant u issa taħt Joseph Muscat, li ħadmu biex is-soċjetà dejjem tkun indaqs, u ma jkun hemm l-ebda distinzjoni bejn l-oriġini, it-twemmin politiku, u l-orjentazzjoni sesswali tal-persuna. F’għajnejn il-Partit Laburista, l-għan aħħari huwa dejjem l-inklużjoni soċjali, speċjalment dawk li huma żvantaġġati u emarġinati fil-kommunità tagħna.”

    Busuttil ddeskriva lill-Partit Laburista kien id-dawl u l-gwida għal ħafna nies, fosthom lili personali, biex inkunu nistgħu nimxu u nipprogressaw fi ħdan is-soċjeta tagħna, anke fiż-żminijiet koroh fejn l-imħabba tiegħi ma kinitx ir-rikonoxxuta, jew meqjusa bħala tat-tieni klassi.”

    Fuq l-Unjoni Ewropeja, Busuttil appelal biex ma ninsewx l-isfond u l-oriġini tal-ħolqien ta’ din l-istituzzjoni supranazzjonali: “Ħafna drabi ninsewx għalfejn oriġinarjament inbniet l-Unjoni Ewropeja: Iċ-ċittadini tant jintilfu fl-istruttura u l-mekkaniżmu politiku tagħha, fid-dettalji ta’ kif jaħdmu l-istituzzjonijiet differenti, li jinsew l-istorja tal-kontinent Ewropew qabel il-ħolqien tal-Unjoni Ewropeja: Gwerer fuq gwerer fuq gwerer. L-Ewropa qatt ma rat perjodu ta’ iktar minn għoxrin sena ta’ paċi, qabel il-ħolqien tal-Unjoni Ewropeja.”

    Busuttil ikkritika wkoll l-atteġġjament politiku ta’ wħud mill-politiċi lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, fejn ddeċidew li jittrasferixxu argumenti politiċi lokali f’fora barranija: “Meta rajt lill-Membru Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, f’programm fejn pajjiżna kien deskritt bħala Mafia State, ħassejt weġgħa ta’ qalb kbira għall-poplu in ġenerali. Ir-reputazzjoni ta’ Malta mhix sejra tinbidel f’sena: Ir-reputazzjoni kerha kienet mtappan minħabba raġunijiet partiġġjani, għax anke jeżistu ċertu nuqqasijiet, li dan il-Gvern qiegħed jindirizza b’mod konsistenti u qawwi, qatt m’għandek tesponi l-problemi lokali fuq arena politika barranija.” 

    “Ir-rapporti internazzjonali li saru minn elementi partiġġjani barra minn Malta, seħħew minħabba l-influwenza ta’ politiċi Ewropej Maltin, li ripetutament, ġimgħa wara ġimgħa, għamlu li setgħu biex jimbuttaw mossi politiċi bħal dawn.” 

    Mistoqsi fuq id-differenza bejn kritika li hija ġusta, u kritika li hija inqas inġusta, Busuttil rrimarka: “Sempliċi, il-fatti. Li inti bbażajt l-argument tiegħek fuq spekulazzjoni, jew diskors ta’ persuni oħra, hija dik li tiddefenixxi bejn kritika kostruttiva, u dik partiġġjana.”

    Filmat: ALAN SALIBA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0