Żvelat żball fir-riżultat tal-Eurovision... Michela titla' fl-14-il post

  • Mej 23, 2019 10:50
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kantanta Maltija Michela Pace telgħet żewġ postijiet ‘il fuq fil-klassifika tar-riżultat finali tal-Eurovision. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Eurovision Broadcasting Union (EBU) wara li kien żvelat żball fir-riżultat finali. 

    Fi stqarrija uffiċjali maħruġa mill-EBU ntqal li l-voti tal-ġurija tal-Belarus ġew ikkanċellati għax il-votazzjoni ma saritx skont ir-regolamenti tal-EBU.

    Għalhekk, għall-finali, l-EBU ħa riżultat approssimattiv tal-pajjiżi li vvutaw b’mod simili, biex jieħu post il-votazzjoni tal-ġurija tal-Belarus, liema kalkolu kien approvat minn Ernst & Young. Minkejja dan, wara evalwazzjoni li saret l-EBU qalet li kien intuża riżultat approssimattiv żbaljat minħabba żball uman. Għalhekk dan ir-riżultat qiegħed jiġi rranġat.

     

    Dan l-iżball ma affettwax ir-riżultat tal-Olanda u għalhekk dan il-pajjiż iżomm postu fil-quċċata u l-kantant tagħhom jibqa' mniżżel fl-istorja ta' dan il-Eurovision.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0