Il-FIFA tabbanduna l-pjan biex it-Tazza tad-Dinja 2022 tiġi estiża għal 48 team

  • Mej 23, 2019 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-FIFA abbandunat il-pjani biex il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 tiġi estiża għal 48 team.

    Il-president tal-Federazzjoni Mondjali, Gianni Infantino, is-sena l-oħra kien ħabbar li l-espansjoni minn 32 team tista’ tiġi kunsidrata u titressaq ‘il quddiem mill-2026 għat-tournament tal-2022 li se jsir fil-Qatar.

    Din il-bidla kienet tinħtieġ li l-pajjiż tal-Qatar jaqsam id-dmirijiet tiegħu ta’ akkoljenza ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun.

    Il-FIFA qalet li: “wara proċess ta’ konsultazzjoni komprensiva u bir-reqqa, din il-bidla ma tistax issir.”

    Il-Federazzjoni Mondjali sostniet ukoll li esplorat il-possibbiltà li l-Qatar jospita kampjonat ta’ 48 team waħdu iżda ddeċieda li ma ssegwix dawn il-pjani minħabba li ma kienx hemm biżżejjed ħin "għal valutazzjoni dettaljata tal-impatt loġistiku potenzjali."

    Fi stqarrija, l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatari qalu: "Il-Qatar dejjem kien miftuħ għall-idea ta' kampjonat estiż fl-2022 li kieku nstab mudell operattiv vijabbli u l-partijiet kollha kkonkludew li edizzjoni estiża ta' 48 team kienet fl-aħjar interess tal-football u l-Qatar bħala l-pajjiż ospitu.

    "Il-fatt li fadal biss tliet snin u nofs biex jingħata bidu għall-fażi finali, il-pajjiż tal-Qatar huwa mpenjat daqs qatt qabel biex jaċċerta li dan it-tournament, li se jkun kompost minn 32 team, ikun wieħed mill-aqwa li qatt sar fid-dinja Għarbija kif ukoll dik sportiva.”

    F’Novembru li għadda, il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, qal li ż-żieda ta’ 16-il team fl-edizzjoni tal-Qatar 2022 tista' toħloq "ħafna problemi" u ddeskriva l-idea bħala waħda "pjuttost mhux realistika".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0