Wara li Iker sofra attakk f’qalbu issa s-Sinjura Casillas operata għal kanċer

  • Mej 23, 2019 00:33
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mara tal-captain ta’ Spanja, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Iker Casillas, Sara Carbonero, ħabbret li saritilha operazzjoni għal kanċer  tliet ġimgħat biss wara li l-goalkeeper sofra attakk tal-qalb.

    Casillas, li lagħab 167 darba għal Spanja u 725 għat-team ta’ tfulitu, Real Madrid, qabel ma telaqhom fl-2015, ħassu ħażin waqt sessjoni ta’ taħriġ mal-club kurrenti tiegħu, Porto tal-Portugall.

    Carbonera, li għandha żewġ itfal minn Casillas, ħabbret fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram li ġiet operata b’suċċess għal kanċer ovarju.

    “Konna għadna ma rkuprajniex mill-qatgħa meta l-ħajja reġgħet issorprendietna,” hija kitbet tard nhar it-Tlieta fil-għaxija.

    “Din id-darba kien imiss lili, din il-kelma ta’ sitt ittri li għad għandi diffikultá niktibha (kanċer). Ftit ġranet ilu kelli vista għand it-tabib li ra tumur fl-ovarji li jista’ jinfirex u diġá ġejt operata.

    “Kollox mar tajjeb u fortunament inqabad ħafna żmien qabel, iżda għad fadalli numru ta’ xhur quddiemi hekk kif għaddejja bil-kura neċessarja.

    “Naf li hemm triq diffiċli quddiemi, iżda ninsab ċerta li se jkun tmiem feliċi.”

    Ir-raġel tagħha, li ħareġ mill-isptar fis-6 ta’ Mejju, qal li se jħabbar il-pjani tal-futur fil-ħin tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0