Gonzalo Higuain jirtira mit-team nazzjonali Arġentin

  • Mej 23, 2019 00:30
  • Miktub minn iNews
"

     Wara kważi diċenju jilgħab għall-Arġentina, l-attakkant Gonzalo Higuain, ħabbar li rtira mix-xena internazzjo­nali.

    Il-player ta’ 31 sena, li jilgħab ma’ Chelsea meta huwa misluf mingħand Juventus, se jħalli lil Albiceleste b’31 goals u parteċipazzjoni fi tliet finali tat-Tazza tad-Dinja, fl-Afrika t’Isfel 2010, fil-Brażil 2014 u fir-Russja 2018, fejn għenhom jaslu sal-finali ta’ ħames snin ilu, iżda kellhom id-diżappunt li jiġu megħluba b’goal tard fil-ħin barrani minn Mario Goetze għall-Ġermanja.

    “Naħseb li għadda kollox u meta naħseb fuq l-affarijiet fil-fond, iż-żmien tiegħi għad­da,” qal Higuain. “Irrid ingawdi l-familja tiegħi u l-ħin tiegħi. Issa tistgħu tieqfu fuq jekk jien inix hemm jew le.”

    Huwa żvela li dan l-aħħar tkellem mal-coach tal-Arġentina, Lionel Scaloni, iżda ma aċċettax il-possibbiltá li jisseħeb fit-team naz­zjonali.

    El Pipita twieled fi Brest, Franza, u meta ġie ppreżentat bl-opportunitá li jilgħab għal Franza fit-tmiem tal-2006 mill-coach Raymond Domench, Higuain irrifjuta meta l-prefereza tiegħu kienet l-Arġentina.

    Higuain, li se jirtira fis-sitt post bħala l-aqwa skorer ta’ pajjiżu, lagħab 75 darba bil-flokk blú u abjad li nkludew tliet Tazzi tad-Dinja u tliet Copa Americas fejn f’tal-ewwel spiċċaw darba t-tieni u fl-oħra darbtejn fit-tieni post ukoll.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0