Il-president tal-FA Spanjola jrid li Man City u PSG jitkeċċew mill-Ewropa

  • Mej 23, 2019 00:26
  • Miktub minn iNews
"

    Manchester City u Paris St-Germain huma “ġugarelli ta’ stat” li għandhom jitkeċ­ċew mill-kompetizzjo­nijiet Ewropej talli kisru r-regolamenti tal-Financial Fair Play, qal il-president ta’ La Liga.

    Javier Tebas, li ilu jmexxi l-ogħla diviżjoni tal-football Spanjol għal dawn l-aħħar sitt snin, anke wissa lill-clubs Ingliżi li jkunu qed jagħmlu żball kbir jekk jappoġġaw il-proposta ġdida għal Super League Ewropew għax ikun qed “jirrovina” il-football do­mestiku.

    Tebas irriserva l-iktar kritika ħarxa għal Manchester City u Paris St-Germain, li wissihom li qegħdin ipoġġu lill-industrija kollha tal-football f’riskju minħabba s-saħ­ħa tal-infieq massiv u l-im­ġieba tagħhom.

    “Hemm clubs li ma jimpurtahomx x’inhu eżatt id-dħul tagħhom meta jridu jiffirmaw xi player għax qed jirċievu dħul minn stat,” qal Tebas, fejn semma’ lil Manchester City u lil Paris St-Germain b’isimhom.

    “Dan jisforza clubs oħra f’sitwazzjoni ekonomika li tassew ikunu qed jgħixu fix-xifer. Hija tgħawweġ il-bilanċ tal-istruttura kollha tal-football Ewropew.

    “Dan m’għadux iktar sport. Din m’għadhiex iktar industrija. Issir iktar bħala ġu­garell, li jilgħab bih l-istat. U meta huwa ġugarell, it-tfal jibdew jilagħbu ma’ tfal oħra. Tispiċċa li tirrovina s-sistema kollha.

    “Tabilħaqq, l-oriġini ta’ din il-problema kollha bis-Super League hija l-effett inflazzjonarju li Manchester City u PSG ħolqu madwar l-Ewropa għax il-kumplament tal-clubs fl-Ewropa jridu l-flus biex jikkompetu magħ­hom.”

    Il-ġimgħa l-oħra Manchester City irreaġixxew b’rabja wara li investigazzjoni tal-UEFA fl-allegazzjoni­jiet ta’ irregolaritajiet tal-Financial Fair Play, li tista’ twassal għal sospensjoni miċ-Champions League, int­bagħat għall-ġudizzju finali għand l-għaqda li tmexxi l-football fl-Ewropa.

    Is-City argumentaw li l-kamra investigattiva hija żbaljata u ma kkunsidratx kompletament ir-rispons tal-club għall-allegazzjonijiet li huma sponsorships ħżiena ta’ multi-miljuni fis-sotto­missjonijiet tal-Financial Fair Play tagħhom iktar minn ħa­mes snin ilu.

    Is-City qalu: “Manchester City huma totalment kunfidenti ta’ riżultat pożittiv meta l-kwistjoni hija kunsidrata minn għaqda ġu­dizzjarja indipendenti.

    L-akkuża ta’ irregolarita­jiet finanzjarji jibqgħu għal kollox foloz u fir-riferenza s-CFCB jinjora għaqda kom-prensiva ta’ evidenza rifjutata li ġiet ipprovduta minn Manchester City lill-kamra.”

    Tebas anke kkritika lill-clubs li jiffurmaw il-Big Six Ingliżi talli huma “diżonesti” għax ma żvelawx is-sapport tagħhom għal Super League Ewropew propost li jista’ jiġi fis-seħħ fl-2024.

    Proposta waħda, ibbakkjata miċ-chairman tal-European Clubs Association (ECA) u sid ta’ Juventus, Andrea Agnelli, tista’ tfisser li l-format taċ-Champions Lea­gue jiġi mibdul b’erba’ gruppi ta’ tmien timijiet kull wieħed, bil-kwalifikazzjoni bbażata fuq il-wirjiet storiċi milli fuq riżultati tal-kompetizzjoni domestika.

    Tebas wissa li proposta bħal din “issaħħaħ” is-Super League u l-għana għall-clubs il-kbar – li bħala riżultat twassalhom biex fil-kampjonati domestiċi jilagħ­bu bit-timijiet B, b’kon­seg­wenzi diżastrużi.

    “Hemm ħafna x’wieħed jilgħab hawnhekk, iżda l-futur professjonali tal-football Ewropew huwa f’riskju,” huwa qal. “Dak li għaddej bħalissa m’hijiex ċajta. Għax l-istorja tal-football Ingliż u l-clubs tiegħu jinsabu fil-periklu. Irridu nkunu iktar traspa­renti fuq is-Super Lea­gue.”

    Tebas anke sostna li Super League Ewropew ma jagħ­milx lill-clubs il-kbar iktar sinjuri – u eventwalment ifalli minħabba n-nuqqas ta’ interess. “Il-messaġġ tiegħi lill-clubs il-kbar Ingliżi huwa li qed jagħmlu żball kbir. Għax mhux se jkun hemm iktar flus għalihom. Forsi huwa iktar flus għall-players kbar tagħhom. Minflok seba’ Ferraris, ikollhom 10.

    “Jien sinċerament naħseb li tiddeċiedi xi ħaġa bħal din mingħajr ma tistudja r-ri­perkussjonijiet ekonomiċi  reali hija rresponsabbiltá kompleta. Dan mhux jien biss qed ngħid dawn l-affarijiet, hemm studji tal-KPMG li jikkonfermaw dak li nemmen jien.

    “Iżda nixtieq ngħid ukoll li l-mudell tas-Super League li l-ECA u l-UEFA qed jipproponu bħalissa, wara 10-15-il sena se jfalli għax m’għandux rispett għall-komponent domestiku tas-sistema li ħolqu.

    Il-kampjonati nazzjonali għandhom kultura ta’ għeriexen ta’ snin ta’ rivalitijiet bejn il-clubs u għalhekk se jiskonnettjaw mill-partitarji.”

    Tebas anke wissa li La Liga u l-kampjonati l-kbar l-oħra tal-Ewropa jkunu lesti biex jieħdu azzjoni legali biex iwaqqfu s-Super League milli jiġi fis-seħħ – u qal li huwa ottimist li l-battalja tista’ tintrebaħ.

    “Din hija l-ewwel darba li kien hemm rispons qawwi mill-kampjonati u mill-fede-razzjonijiet madwar l-Ew-ropa. Għax hija l-ewwel darba li dik li darba ġiet negozjata taħt il-mejda ġiet mikxufa u għalhekk nistgħu npoġġuha fuq il-mejda – u l-ewwel darba li ninsabu organizzati biex inkunu lesti għal din il-ġlieda.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0