Fl-ibħra Maltin: Tlett ifkieren jitilfu ‘flipper’ u oħra tmut wara li belgħet basktijiet tal-plastik

  • Mej 23, 2019 08:48
  • Miktub minn iNews
"

    L-iskart fil-baħar qed ikompli jiżdied fl-ibħra Maltin, kaġun ta’ rimi illegali iżda anke wkoll kaġun ta’ affarijiet relatati mas-sajd li qed jispiċċaw jintilfu jew jiġu abbandunati. Dan qalitu l-għaqda ambjentali Nature Trust - Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali Malta li saħqet li dan qed iwassal biex iħalli impatt fuq il-fkieren tal-baħar.

    L-għaqda ambjentali qalet li matul dawn l-aħħar snin ġie nnotat li n-numru ta’ fkieren li nstabu midrubin, jew maqbudin fi skart tal-baħar żdied. Qalet li matul is-sena li għaddiet tlett ifkieren tilfu ‘flipper’ kaġun tal-ġrieħi li sofrew mill-iskart fil-baħar, filwaqt li fekruna oħra mietet wara li belgħet basktijiet tal-plastik.

    Fid-dawl li llum jaħbat il-Jum Dinji tal-Fkieren, Nature Trust - FEE Malta appellat lill-awtoritajiet biex jipprojbixxu ‘single use plastic’ mingħajr aktar tkaxkir tas-saqajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0