Il-kapitali tal-Indoneżja, Jakarta, kienet ikkaratterizzata minn protesti vjolenti hekk kif il-Pulizija għamlu użu minn gass tad-dmugħ biex iwaqqfu lil dimostranti li kienu qed jopponu għall-ħatra mill-ġdid tal-President Joko Widodo.
Il-gvernatur tal-belt, Aniea Baswedan, kien ikkwotat mill-midja lokali jgħid li mill-inqas sitt persuni nqatlu, b’aktar minn 200 dimostrant ieħor jisfaw midrubin.
Il-Pulizija min-naħa tagħhom qalu li qed jinvestigaw dawn ir-rapporti ta’ mwiet madankollu ċaħdu li kienu sparaw tiri ta’ armi tan-nar fuq id-dimostranti. Huma madankollu kkonfermaw li kienu arrestaw għexieren ta’ dimostranti.
Il-ġurnata tal-bieraħ kienet ikkaratterizzata minn bosta inċidenti, hekk kif id-dimostranti taw in-nar lil diversi ħwienet, karozzi u anke għamlu ħerba minn suq. Huma bdew iwaddbu ġebel fil-konfront tal-pulizija wara li dawn kienu ordnawlhom biex jixterdu.
Aktar minn 30,000 suldat tniżżlu fit-toroq biex jantiċipaw għall-vjolenza meta tħabbru r-riżultati li kkonfermaw li Widodo kien reġa’ ġie elett bħala President tal-pajjiż.
Widodo min-naħa tiegħu qal li l-awtoritajiet għandhom il-kontroll tas-sitwazzjoni u qal li mhux se jkun qed jittollera anarkija u bi ħsiebu jagħnmel użu mis-setgħa kollha li tagħtih il-liġi biex iwaqqaf dawn il-protesti.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.