“Xogħol u tkabbir fl-ekonomija Għawdxija”

  • Mej 22, 2019 20:40
  • Miktub minn iNews
"

    L-impenn tal-gvern biex joħloq ambjent kummerċjali favur in-negozju wassal għall-investiment barrani f’Għawdex sabiex jikber b’mod sinifikanti fl-aħħar ftit snin, kif ukoll dak min-naħa tan-negozji żgħar u medji Għawdxin. Fl-2018, il-korporazzjoni Malta Enterprise approvat mal-15-il proġett li ser isiru f’Għawdex, bl-investimenti ta’ dawn il-proġetti jlaħħqu l-€1.6 miljun u jfissru l-ħolqien ta’ madwar 100 impjieg.

    Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona u l-Ministru għal-Għawdex Justyne Caruana, żaru tliet kumpaniji fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija li esperjenzaw tkabbir u espandew l-operazzjonijiet tagħhom fl-aħħar snin. Dawn jinkludu Magro Brothers, Merit Precision Tools Ltd u Hutchinson. Fl-istess żona industrijali tax-Xewkija, il-Ministru Cardona ħabbar kif mill-2013 sal-llum, fetħu għaxar kumpaniji ġodda u l-impjiegi telgħu minn madwar 500 impjieg għal-800 impjieg.

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan il-Gvern hu mpenjat li f’Għawdex ikompli joħloq l-investiment u xhieda ta’ dan huma diversi proġetti li għaddejjin f’Għawdex bħalissa, ewlenin fostom dak ta’ Barts. Il-Ministru Caruana qalet li apparti investimet dirett barrani, il-gvern qed jindirizza wkoll il-bżonnijiet tal-industrija lokali fejn sar investiment fiż-żona industrijali tax-Xewkija. Il-Ministru għal Għawdex stqarret li f’Għawdex, l-ażjendi lokali komplew jinvestu u jissaħħu u dan b’sinerġija mal-gvern.

    Il-Ministru Justyne Caruana fakkret ukoll fl-investimenti kapitali li qed iwettaq il-gvern fejn qed jinbnew aktar spazji fiż-żona magħrufa bħala l-Ħofra fix-Xewkija, l-ICT Hub u l-proġett immexxi mill-Ministeru għal Għawdex, tal-SME Park. Il-Ministru Caruana qalet li apparti investiment fl-infrastruttura, il-ministeru ħaseb biex isaħħaħ il-kapital uman u dan permezz ta’ skema – il-Gozo Employment Scheme – immexxija mill-istess ministeru u li din is-sena assistiet 32 intrapriża u  li permezz tagħha nħolqu 80 impjieg ġdid fil-gżira Għawdxija.

    Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-sifida tal-konnettività wkoll qed tiġi indirizzata permezz tal-introduzzjoni tar-raba vapur, it-tqegħid tat-tieni fibre optic cable u issa wkoll permezz tal-konnettività bl-ajru.

    “Nemmnu li punt permanenti bejn iż-żewġ gżejjer mhux biss ser itejjeb drastikament il-kwalità tal-ħajja ta’ Għawdxin li għandhom bżonn jivjaġġaw bejn il-gżejjer kuljum, imma se jagħti wkoll triq biex l-investiment dirett barrani jimxi lejn din il-gżira, u jagħti lill-Għawdxin aktar opportunitajiet biex jgħixu u jaħdmu eqreb lejn darhom. Jiena konvint li fis-snin li ġejjin aħna se nirrevedu dan il-perjodu ta’ żmien bħala l-ħin fejn Għawdex ħa l-aqwa riżultati ekonomiċi u soċjali tiegħu”, qal il-Ministru Cardona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0