Proġett ta’ €0.5 miljun fil-‘housing estate’ f’Ta’ Paris

  • Mej 22, 2019 20:19
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes żaru ż-żona tal-housing estate fl-inħawi Ta’ Paris f’Birkirkara fejn għaddej proġett ta’ riabilitazzjoni u tisbiħ bil-valur ta’ €0.5 miljun. 

    Dan l-investiment u x-xogħol qiegħed isir b’ħidma konġunta bejn il-gvern ċentrali u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u jinkludi 2,500 metru kwadru ta’ pavimentar, landscaping, tisbiħ ta’ spazji miftuħa u bandli ġodda.

    Il-Ministru Ian Borg qal li, “dan il-gvern huwa mpenjat li jara titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies, gvern li jħares lejn il-prijoritajiet tal-komunitajiet, li jara pajjiż wieħed, poplu magħqud li kollu kemm hu ħaqqu l-ogħla kwalità f’kull settur, gvern li jħares lejn l-infrastruttura b’mod wiesa’ u ħolistiku. Illum qegħdin hawn fuq proġett b’investiment sostanzjali favur spazji  aktar siguri, effiċjenti u ta’ kwalità għal dawn ir-residenti.”

    Huwa fakkar li ftit taż-żmien ilu, rajna wkoll l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien l-Istazzjon u Ġnien Lippu Sammut, €1.4 miljun investment permezz tad-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar, biex illum in-nies ta’ Birkirkara għandhom żewġ spazji miftuħa mill-aqwa fejn iqattgħu ħin ta’ kwalità mal-familji tagħhom. Il-ministru għamel ukoll referenza għall-investimenti infrastrutturali fuq it-toroq ta’ din il-lokalità fejn Infrastructure Malta diġà lestiet il-bini mill-ġdid ta’ Triq is-Santwarju filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq Triq Mike Pulis, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba u Triq il-Ferrovija l-Antika, u mistennija tibda l-ħidma fuq parti minn Triq tal-Qattus. Huwa żied jgħid li għat-tieni sejħa ġew inklużi wkoll tliet toroq oħra f’din il-lokalità.

    “Dawn il-ħidmiet jgħaqqdu l-gvern ċentrali mal-gvern lokali, li jisma’ u jwassal il-bżonnijiet tar-residenti u jsib l-għajnuna ta’ gvern li jrid jaħdem id f’id miegħu. Illum għandna kunsilli li jridu t-tajjeb għall-komunitajiet tagħhom, u l-gvern ċentrali jibqa’ kommess għal aktar kollaborazzjoni, b’impenn li nwasslu l-benefiċċji lill-komunitajiet tagħna favur għixien aħjar għar-residenti tal-lokalitajiet kollha ta’ pajjiżna”, għalaq il-Ministru Ian Borg.

    Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes faħħar din l-inizjattiva għaliex dan l-eżerċizzju isebbaħ l-ambjent tal-housing estates u b’hekk iħalli impatt dirett u pożittiv fuq il-ħajja tar-residenti. “Proġetti bħal dawn jikkontribwixxu għall-programm ambizzjuż ta' riġenerazzjoni ta’ housing estates li l-gvern għaddej bih f’din il-leġiżlatura bħala parti mill-istrateġija ħolistika tal-housingf’pajjiżna”, temm jgħid Roderick Galdes.

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis tkellem dwar l-importanza tas-sinerġija bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali u kif il-ħidma id f’id twassal ħafna benefiċċji għand il-komunitajiet. Huwa faħħar lill-Kunsill ta’ Birkirkara għall-ħidma tiegħu favur kwalità tal-ħajja aħjar għar-residenti.

    Is-Sindku tal-lokalità Joanne Debono Grech irringrazzjat lill-gvern ċentrali tal-appoġġ li jagħti lill-kunsill u tenniet l-impenn tal-kunsill lokali li jkompli jwettaq aktar ħidma id f’id mal-gvern favur kwalità tal-ħajja aħjar għar-residenti ta’ Birkirkara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0