Strateġija nazzjonali għall-esports

  • Mej 22, 2019 18:10
  • Miktub minn iNews
"

    l-Prim Ministru Joseph Muscat nieda uffiċjalment l-istrateġija nazzjonali għas-settur tal-eSports u video gaming, bil-mira tkun li fi żmien 10 snin jinħolqu mat-3,000 impjieg ġdid fuq bażi fultajm u li din l-industrija tikkontribwixxi għal 1% tal-Prodott Domestiku Gross ta’ pajjiżna.

    Fid-diskors tiegħu, l-Prim Ministru enfasizza kif dan is-settur għandu potenzjal kbir u qal li l-inċentivi li se jkunu qed isiru f’dan ir-rigward huma konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

    “Jiena nemmen li b’dak li se nkunu qed inressqu ‘l quddiem b’din l-istrateġija, se nagħmlu minn Malta hub ċentrali fil-Mediterran u fl-Ewropa għas-settur tal-video gaming,” tenna l-Prim Ministru.

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri tkellem fid-dettall dwar diversi inċentivi li hemm elenkati f’din l-istrateġija.  

    Huwa spjega kif se jkun hemm numru ta’ inċentivi fiskali fosthom skema immirata lejn kumpaniji involuti fl-iżvilupp ta’ video games b’kontenut kulturali. Żied jgħid li, “qed naraw ukoll inċentivi tat-taxxa fuq id-dħul personali biex nattiraw talent internazzjonali.”

    “Biex ikollna talent lokali kwalifikat xieraq, GamingMalta u EGIM se jkunu qed jorganizzaw u jikkordinaw flimkien fuq boroż ta’ studju u work-placements għal studenti Maltin fost oħrajn,” qal is-Segretarju Parlamentari Schembri. 

    Huwa temm l-indirizz tiegħu billi qal li: “rridu nibnu eko-sistema lokali b’saħħitha. Li tgħin it-talent biex jikber u jirnexxi. Li nattiraw kompetizzjonijiet internazzjonali u finalment nippromwovu lil pajjiżna permezz ta’ miljuni ta’ online viewers.”

    Bil-għan li jinkisbu dawn il-miri, ġie ffirmat ukoll Memorandum of Understanding bejn Gaming Malta u ESL, li hija l-eqdem u l-ikbar kumpanija tal-eSports fid-dinja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0