Facebook miżgħud b'kontenut falz qabel l-iżvolġiment tal-elezzjonijiet Ewropej

  • Mej 22, 2019 14:49
  • Miktub minn iNews
"

    Studju li għadu kemm kien ippubblikat juri li kontenut falz u kliem ta’ mibegħda rawh aktar minn nofs biljun darba. Dan ftit jiem biss qabel l-iżvolġiment tal-elezzjonijiet għall-Parlament tal-Unjoni Ewropea.

    L-istudju li twettaq f’sitt pajjiżi fuq medda ta’ tliet xhur mill-grupp ta’ lobbying Avaaz sab li gruppi tal-lemin estrem kienu qed jippubblikaw kwantità kbira ta’ kontenut falz fuq il-midja soċjali.

    L-NGO irrapportat aktar minn 500 paġna u gruppi fuq Facebook li bejniethom għandhom 32 miljun follower u ’l fuq minn 67 miljun kumment, like jew share.

    Fil-Ġermanja, profili foloz li jappoġġjaw lill-partit tal-lemin estrem “Alternattiva għall-Ġermanja” xerrdet informazzjoni u kontenut falz li jinkludu diversi accounts ta’ kandidati tal-lemin estrem. Fil-Polonja, tliet netwerks xerrdu u amplifikaw kontenut kontra l-immigrazzjoni u kontenut kontra l-Unjoni Ewropea fuq aktar minn 200 paġna u gruppi.

    F’uħud mill-posts filmati kienu mxerrdin u ppubblikati għal diversi drabi biex jidhru daqslikieku avvenimenti li kienu għadhom kemm seħħu.

    Paġna li tappoġġja lill-partit tal-lemin estrem Taljan “Lega” turi lil immigranti jkissru karozza tal-pulizija. Madankollu l-filmat kien parti minn film ċinematografiku, bil-persuni jarawh aktar minn 10 miljun darba. Fil-Polonja stampa li ttieħdet minn film kienet ippubblikata, bil-filmat juri lil vittma tkun stuprata minn sewwieq ta’ taxi immigrant.

    Facebook kien qal li l-ġlieda kontra aħbarijiet foloz qabel l-elezzjonijiet Ewropej kienet prijorità, madankollu ma pprovdewx n-numru tal-paġni li għalqu bħala riżultat tal-investigazzjoni Avaaz.

    Intant għal dawn l-elezzjonijiet Facebook nieda ċentru operattiv elettorali b’40 tim li għandhom l-għan li jipproteġu l-integrità tal-elezzjonijiet fl-Unjoni Ewropea.

    Waħda mill-dmirijiet tagħhom huwa li jneħħu accounts foloz ta’ aħbarijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0