Proġett ta' €4.8 miljun għad-diġitalizzazzjoni ta' 24,200 siegħa ta' filmati tal-PBS biex ikunu aċċessibbli għall-pubbliku

  • Mej 22, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-PBS, li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, qiegħed jinvesti €4.8 miljun, parzjalment iffinanzjati mill-Programm ta' Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-proġett bl-isem ta' Tisħiħ tal-Esperjenza ta' Turiżmu Kulturali permezz tad-Diġitalizzazzjoni, huwa proġett ta' diġitalizzazzjoni, li għandu jitlesta' sal-2021. Din hija t-tieni parti tal-proġett, li l-PBS beda fl-2014, taħt l-Assi Prijoritarji 5 Ħarsien ambjentali – ninvestu f'assi naturali u kulturali.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici spjega l-importanza li jġib miegħu dan il-proġett, minħabba li jestendi l-legat tal-midja tagħna għall-futur. "Grazzi għal dan il-proġett, aħna qegħdin naraw il-potenzjal kollu tar-rwol informattiv u edukattiv li dan is-sors ta' informazzjoni jġib miegħu u niżguraw li dawn il-filmati ferm importanti li jiddokumentaw l-istorja riċenti ta' pajjiżna huma pperservati u disponibbli għall-membri tal-komunità, permezz tal-aspett interattiv ta' dan il-proġett. Dan huwa wkoll element importanti għall-wirt nazzjonali tagħna, u l-intenzjoni tagħna hija li jkun disponibbli għal kulħadd," stqarr Bonnici.

    Bonnici kkonkluda billi qal li l-istrateġija tal-Ministeru hija li dan kollu tagħmlu aċċessibbli f'esperjenza li se tgħaqqad il-passat mal-preżent, bi ħsieb għall-futur. 

    B'rekord viżiv li jmur lura għas-sittinijiet, dan il-proġett ta' diġitalizzazzjoni se jikkategorizza l-legat ta' filmati f'4 kategoriji: Kultura, Avvenimenti, Personalitajiet fl-Istorja, u Postijiet.

    L-eżekuzzjoni tal-proġett hija maqsuma f'numru ta' fażijiet. L-ewwel fażi ġiet iffinalizzata b'tiġdid komplut tal-pjan ta' taħt tal-HUB tal-Kreattività. Il-proġett inkluda 8 Kmamar għall-Editjar, il-ħolqien ta' spazju miftuħ għall-indiċjar u kamra għas-server għall-ħażna u r-robotika. Edituri, Diretturi u Inputters tal-Metadata bħalissa qegħdin jaħdmu mal-PBS biex jiffukaw biss fuq dan il-proġett ta' diġitalizzazzjoni.

    Huwa stmat li 19,800 siegħa ta' materjal se jiġu diġitalizzati in-house, minħabba li l-formati bħal pellikoli tas-16mm, U-matic reels u High Bands qegħdin jiġu ddiġitalizzati lil hinn minn xtutna. Dan il-proċess ta' diġitalizzazzjoni se jiġi msegwi minn indiċjar u metadata.

    Aċċess għall-materjal arkivjat se jkun disponibbli għall-pubbliku permezz ta' arbli u plakek imqassmin mal-pajjiż, li jagħtu lill-persuni aċċess b'xejn għall-vidjos permezz ta' kodiċi QR.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0