Daniele De Rossi bejn LA u Boca Juniors?

  • Mej 22, 2019 11:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-presidenza Amerikana ta’ Roma qed tħajjar lil Daniele de Rossi sabiex ikompli l-karriera tiegħu fil-Major League Soccer fl-Istati Uniti. Wara li l-ġimgħa l-oħra l-player ta’ 36 sena ħabbar li dan kien ser ikun l-aħħar staġun ma’ Roma, diversi kienu t-timijiet li bdew jikkuntattjawh fit-tentattiv li jiksbu l-firma tiegħu.

    Bħalissa hemm żewġ timijiet li qed jiġu msemmija li jistgħu jinteressaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Taljan u dawn huma Los Angeles FC u Boca Juniors fl-Arġentina. Fil-fatt, l-ex kollega ta’ De Rossi, Nicolas Burdisso qed iħajru jmur jilgħab fl-Arġentina fejn għandu garanzija li ser jilgħab mal-ewwel 11.

    Sadanittant nhar il-Ħadd li ġej De Rossi jilgħab l-aħħar partita tiegħu mal-Giallorossi fi Stadio Olimpico kontra Parma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0