Ħatriet tal-ġudikatura: Il-Qorti tgħid li Repubblika m'għandhiex interess ġuridiku taħt il-liġi lokali

  • Mej 22, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-qorti ddeċidiet li grupp ċiviku li kien qed ifittex li jannulla l-ħatra ta’ sitt membri tal-ġudikatura ma kellhomx interess ġuridiku taħt il-liġi Maltija.

    Il-qorti, min-naħa l-oħra naqset li tesprimi lilha nnifisha dwar jekk referenza preliminari għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandhiex tkun milqugħa, u rriservat din id-deċiżjoni għal data oħra.

    L-għaqda Repubblika talbet biex il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u t-tliet Maġistrati approvati x-xahar li għadda mill-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti titwaqqaf sakemm titwettaq ir-riforma li l-Kummissjoni Venezja rrakkomandat lill-Gvern Malti lejn tmiem is-sena l-oħra.

    L-Imħallef Mark Chetcuti qal li l-grupp m’għandux interess ġuridiku taħt il-liġi Maltija, madankollu ma ppronunzjax ruħu fir-rigward tal-interessi ta’ Repubblika taħt il-liġi Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0