“Vot Laburista, vot favur iż-żgħir”

  • Mej 22, 2019 07:56
  • Miktub minn iNews
"

    Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, bħala nies li nemmnu fil-futur tal-klassi tal-ħaddiema, tan-nies tax-xogħol, tal-anzjani u l-pensjonanti, taż-żgħażagħ, tas-self employed iż-żgħar,qal Alfred Sant  f’Ta’ Giorni.

    ‘Il-valuri tagħna  huma valuri tal-ħniena, tal-umanità. Aħna bnedmin li nirrispettaw id-dinjità u l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha.Dan huwa valur essenzjali li l-Partit Laburista, kemm ilu jeżisti, kien protagonist f’Malta biex jiddefendih u biex iħarsu u biex imexxih ’il quddiem  fost il-Maltin bħala parti minn soċjetà ta’ gżira u bħala ċittadini Ewropej.’

    Alfred Sant qal li valur ieħor kbir huwa l-ħtieġa ta’ aktar ġustizzja soċjali.

    ‘Mhux biss l-importanza li tkabbar l-ekonomija kif qed ikun hemm suċċess biha – imma wkoll li tiżgura li dak li qed jinħoloq qiegħed jitqassam skont il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali għal kulħadd skont il-bżonnijiet tiegħu u mhux għal kulħadd skont kemm jaf jaħtaf jew skont kemm hu qawwi.’

    Fl-Ewropa l-ekonomija Ewropea qed tirpilja, għalkemm mhux bl-istess qawwa ta’ Malta.

    ‘Imma x’qed isibu ħafna ħaddiema Ewropej? Waqt li l-profitti żdiedu u l-kumpaniji sejrin tajjeb – il-prekarjat żdied, il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu qawwi, l-anzjani u l-pensjonanti għadhom mhux qed iżommu u jsostnu l-ħeġġa tal-għixien tagħhom.’

    Dan iwassal għall-valur l-ieħor tal-ġustizzja soċjali – li jkun hemm Ewropa soċjali, Malta dejjem aktar soċjali.

    ‘Irridu naħsbu fiż-żgħir – aħna qegħdin hemm biex naħsbu fuq kollox fiż-żgħir...mela le jagħmlu l-profitti l-kumpaniji u l-imprendituri imma mbagħad il-ġid irid jitqassam b’mod illi ż-żgħar ikun hemm warajhom gvern, partit li qiegħed iħares u jiddefendi l-interessi tagħhom. Dik hija xi ħaġa li rridu nibqgħu insostnu.’

    Sant qal li l-PN ipprova joħloq firda dwar l-abort u dwar il-kanċer, meta m’hemmx firda dwar dan.

    ‘Qatt ma stennejt li l-PN jagħmel kapital politiku mill-marda tal-kanċer. Lili tolqotni bil-kbir għax kelli l-kanċer u għaddejt mill-problema. Qatt ma stennejt illi xi ħaġa li ma toħloqx firda bejnietna jipprovaw imexxuha ’l quddiem fil-posters tagħhom bħala xi ħaġa li hemm għalfejn tagħmel kapital politiku minnha.’

    Sant qal li l-elezzjonijiet jintrebħu b’nies tajba li jkunu qed imexxu, jintrebħu b’suċċessi kbar fil-qasam ekonomiku imma fuq kollox jintrebħu għax inkunu qed immexxu ’l quddiem il-valuri għall-ħarsien tad-difiża ta’ dawk li l-aktar għandhom bżonn ħarsien u difiża.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0