Il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma: “L-abort ma jistax ikun impost fuq Malta”

  • Mej 22, 2019 08:00
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir fuq TVM il-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Robert Micallef ressaq argumenti li waqqgħu għal kollox il-punti dwar l-abort u l-Ewropa li beda jressaq b’insistenza ir-rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista.  Robert Micallef, li kien negozjatur tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, spjega kif kuntrarjament għal dak li qed jallega l-PN, l-Unjoni Ewropea ma tistax tobbliga lil Malta ddaħħal l-abort għax jeżisti protokoll miftiehem bejn Malta u l-UE li jgħid ċar u tond li jekk xi darba fil-futur il-pożizzjoni tal-UE tinbidel f’dan ir-rigward din ma tkunx tista’ ġġiegħel lil Malta  ddaħħal l-abort. Dan il-protokoll kien parti mit-trattat tas-sħubija li kien ratifikat qabel Malta ssieħbet fl-UE fl-2004.

    Robert Micallef kien qed jirrappreżenta lill-Partit Laburista f’dibattitu li kellu jkun dwar l- Ekonomija u Xoghol, tema magħżula mill-Awtorità tax-Xandir, iżda il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista David Stellini beda jinsisti f’kull intervent li kellu dwar l-abort u jisħaq li s-Socjalisti Ewropej kienu favur l-introduzzjoni tal-abort.

    Fir-risposti tiegħu, Robert Micallef għamilha ċara li l-Gvern Malti ma kellu ebda ħsieb li jressaq xi liġi dwar l-abort għax din ma kinitx fil-pjan ta’ ħidma tiegħu u lanqas seta’ jkun mġiegħel jagħmel dan minn ħadd għax din kienet kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali. L-ikbar prova ta’ dan, skont Micallef, kienet il-ħatra ta’ Dr George Vella  bħala President tar-Repubblika li kien għamilha ċara li mhux ser jiffirma xi liġi ta’ din ix-xorta. Micallef żied li hi ħasra li l-PN qed jipprova jdaħħal il-firda bla bżonn fuq dan is-suġġett.

    Matul id-dibattitu, Robert Micallef spjega kif, matul in-negozjati tas-sħubija ta’ Malta, l-UE kienet fehmet is-sensittivitaà ta’ Malta dwar l-abort u ftehmet protokoll mal-Gvern Malti ta’ dak iż-żmien biex isserrah ras il-Gvern kif ukoll lill-pubbliku Malti. Dan il-protokol hu ftehim li jorbot legalment daqs it-trattat innifsu.

    Tkellimna ma’ Robert Micallef li matul is-snin tan-negozjati tas-sħubija ta’ Malta fl-UE kien jaħdem bħala ekonomista mal-Kummissjoni Ewropea u serva fid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea li kienet responsabbli minn dawn in-negozjati.

    Skont Micallef, “fil-verità, ma kellniex bżonnha din il-protokoll minħabba li l-UE kienet qed tagħmilha ċara li kwistjonijiet bħall-abort kellhom jiġu deċiżi mill-pajjiżi individwali kkonċernati skond il-principju tas-sussidjarjetà. Madankollu, Malta riedet salvagwardja formali dwar l-abort u l-UE qablet li toffri lil Malta protokoll, li huwa ftehim bejn iż-żewġ naħat u mhux sempliciment dikjarazzjoni unilaterali li ssir mill-pajjiż ikkonċernat.  Dan il-protokoll jagħmilha ċara li l-UE ma setgħetx timponi l-abort la fil-preżent u lanqas fil-futur”.

    Micallef stqarr ukoll li “dak li qed jagħmel il-PN bil-kwistjoni tal-abort matul din il-kampanja elettorali hu populiżmu tal-ogħla grad għax jafu li leġiżlazzjoni fil-livell ta’ trattat ma’ jistax ikun injorat u lanqas jista’ jkun mibdul b’xi liġi sekondarja tal-UE”.

    Għamilna kuntatt ukoll ma’ uffiċjal għoli tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell li kkonferma dak li qal Micallef. Skon il-Kummissjoni Ewropea, “il-kwistjoni tal-abort hi kompetenza nazzjonali u hi suġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u għaldaqstant l-abort ma’ jistax ikun impost fuq Malta’. Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li, “bħala leġiżlazzjoni, it-trattat tas-sħubija ta’ Malta hu fl-istess livell tat-trattat tal-Unjoni Ewropea u dak li kien miftiehem dakinhar għadu jorbot liż-żewġ naħat.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0