Il-migrazzjoni jeħtieġ tkun prijorità tal-Unjoni Ewropea għal ħames snin li ġejjin

  • Mej 21, 2019 20:46
  • Miktub minn iNews
"

    Malta ssejjaħ għall-inklużjoni tal-migrazzjoni fil-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għal ħames snin li ġejjin. Dan qalitu l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Dr Helena Dalli waqt il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li sar it-Tlieta fi Brussell.

    Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali ltaqa’ primarjament biex jibda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-mexxejja Ewropej li se ssir f’Ġunju li ġej u li mistennija tagħti d-direzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea għall ħames snin li ġejjin. Din l-aġenda se sservi bħala bażi għax-xogħol tal-Kunsill Ewropew kif ukoll bħala bażi għal programmi ta’ istituzzjonijiet oħra Ewropej. 

    Il-Ministru Dalli rrimarkat li hemm bżonn ta’ aktar sforz fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea dwar id-dimensjoni interna tal-migrazzjoni primarjament billi jintlaħaq qbil fuq ir-riforma tas-Sistema Komuni Ewropea dwar l-Ażil, fejn Dr Dalli saħqet li trid tkun bbażata fuq bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabilità. Hija kkonkludiet li l-kredibilità tagħna bħala Unjoni Ewropea tiddependi fuq kif din il-materja tiġi indirizzata.

    Il-Ministri fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali ddiskutew ukoll il-Qafas Finanzjarju Multi-annwali għas-snin (2021-2027), li jrid ikun maqbul sal-ħarifa li jmiss. F’dan ir-rigward, il-Ministru Dalli tenniet is-sejħa ta’ Malta biex il-baġit Ewropew ikun ‘gender mainstreamed’ u li l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun prijorità mifruxa fuq il-Qafas Finanzjarju Multi-annwali, kif ukoll biex din tkun mira ewlenija fil-programmi finanzjarji kollha. Il-Ministru Dalli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li 85% tal-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati taħt l-istrument finanzjarju tal-Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali jrid ikollhom l-ugwaljanza tal-ġeneru bħala għan importanti filwaqt li 5% jrid ikollhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa bħala prijorità prinċipali. 

    Dr Dalli tkellmet ukoll fuq l-importanza tal-programm ta’ assistenza lill-pajjiżi ġirien tal-Unjoni Ewropea. Hija saħqet li l-programm eżistenti għandu jibqa’ flessibbli bil-għan li l-Unjoni Ewropea tibqa’ f’pożizzjoni b’saħħitha biex tgħin lil dawn il-pajjiżi. Hija tenniet li l-paċi u l-istabbilità, id-drittijiet umani u l-iżvilupp ekonomiku għandhom jibqgħu fuq nett fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea f’dawn il-pajjiżi.

    Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali ddiskuta wkoll il-publikazzjoni riċenti tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-saltna tad-dritt fl-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0