“Aħna nagħżlu lil min iġib lil Malta l-ewwel u qabel kollox, dejjem u kullimkien” - Alex Agius Saliba

  • Mej 21, 2019 11:55
  • Miktub minn iNews
"

    Dr Alex Agius Saliba qal li l-għażla għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju hija waħda ċara bejn il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, bejn Gvern li ħadem bla heda għall-ġid tal-pajjiż - kemm f’Malta u kif ukoll barra - u min għamel ħames snin ixerred il-velenu kontra Malta fl-Istituzzjonijiet Ewropej bl-iskop li Malta titneżża mid-drittijiet li tivvota u li tirċievi fondi Ewropej. Huwa tenna li min jagħmel ħsara lil pajjiżu, ma ħaqqu jirrapreżenta lill-Maltin u lill-Għawdxin imkien.

    Fid-diskors imqanqal li wassal ġewwa Ħal Qormi nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat dejjem żamm kelmtu u ħareġ ta’ raġel ma’ kulħadd. Huwa għamel referenza partikolari għall-penzjonanti li bbenefikaw minn żieda fil-pensjonijiet sena wara l-oħra, u għall-istudenti li raw l-istipendji tagħhom jiżdiedu baġit wara l-ieħor, ibbenefikaw minn eżamijiet u trasport b’xejn u ngħataw rigal ta’ ħamest elef ewro meta xtraw l-ewwel proprjeta’ tagħhom. Huwa qal li l-ħaddiema dejjem kienu fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern Laburista u fost ħafna affarijiet tahom lura l-festi pubbliċi li nsterqulhom minn gvernijiet Nazzjonalisti, għolla l-paga minima, ħadem sa’ mill-ewwel ġurnata biex jeqred il-prekarjat u ħadem biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

    B’referenza għall-iżviluppi fl-investigazzjoni marbuta mal-qtil ta’ Lassana Cisse li seħħ f’Ħal Far nhar id-9 t’April 2019, Dr Agius Saliba esprima s-sogħba tiegħu għall-mod li bih in-negattivita’ u l-mibgħeda li żraw ċerti politiċi estremisti infiltraw fis-soċjeta’. Huwa qal li l-poplu Malti jrid jaħdem għal aktar għaqda u sostna li l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju għandhom ikunu turija ċara li l-politiċi tal-lemin estrem li qegħdin ixerrdu l-mibgħeda kontra l-barranin li jinsabu fostna, m’għandhomx post f’Malta.

    Dr Agius Saliba esprima d-diżappunt tiegħu għal mod li bih il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra adotta l-politika tal-bizgħa u l-qerq u reġa’ uża l-karta tal-abbort bħalma jagħmel qabel kull appuntament elettorali. Huwa qal li dan huwa sinjal ċar li l-Partit Nazzjonalista ma jitgħallimx mill-iżbalji tiegħu u għal darb’oħra tenna li l-Partit Laburista dejjem kien u ser jibqa’ kontra l-introduzzjoni tal-abbort f’Malta.

    Fi tmiem id-diskors tiegħu, Dr Agius Saliba qal li kull min iħobb lil pajjiżu ma jistax ma jwassalx leħnu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, għaliex l-unika garanzija ta’ rappreżentanti denji u li mhux ser jagħmlu ħsara lill-pajjiż joffruha biss il-kandidati kollha tal-Partit Laburista. Dr Agius Saliba temm jgħid li “Aħna nagħżlu lil Joseph Muscat, għax Malta hija f’qalbna imma Joseph huwa f’qalbna wkoll.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0