Antonio Conte viċin Inter

  • Mej 21, 2019 10:47
  • Miktub minn iNews
"

    Kollox qed jindika li l-coach il-ġdid ta’ Inter li ser jieħu post Luciano Spalletti se jkun Antonio Conte. Jidher li seħħ ftehim verbali bejn il-coach u d-diriġenti Interisti u kollox jiġi deċiż b’mod definittiv eżatt kif jispiċċa dan l-istaġun. F’dawn l-aħħar sigħat id-direttur sportiv Beppe Marotta ċempel lill-manager minn Salento u proponielu kuntratt interessanti li Conte kien qed jikkonsidra.

    Naturalment xejn għadu fiċ-ċert għalkemm diversi segwaċi tal-football Taljan jemmnu li d-destinazzjoni li jmiss għal dan il-kowċ ser tkun proprju fil-belt ta’ Milan. Huwa għamel sena sabatika meta ma mexxa lil ebda tim wara li aktar qabel kien fit-tmun ta’ Chelsea. Conte kien ukoll fil-bank ta’ Arezzo, Bari, Atalanta, Siena u Juventus.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0