Inawgurazzjoni tal-għassa ta’ Bormla wara li ġiet irrinovata

  • Mej 21, 2019 10:37
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar inawguraw l-għassa tal-pulizija f’Bormla wara li ġiet irrinovata. F’ċerimonja tal-inawgurazzjoni li saret quddiem l-għassa, il-Ministru Michael Farrugia qal li  diversi għases tal-pulizija diġà ġew irrinovati u mgħammra bir-rebranding il-ġdid, filwaqt li qed isir xogħol ta’ manutenzjoni f’għases oħrajn madwar Malta u Għawdex.

    Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija li, b’mod effettiv u effiċjenti, irnexxilu jsolvi każijiet u jaqbad il-kriminali. Mhux biss, iżda r-rata ta’ kriminalità rrapurtata naqset b’7%, minkejja l-isfida ta’ żieda fil-populazzjoni, fit-turiżmu, u fl-affluwenza. Huwa enfasizza li kontra ta’ dak li qed jingħad, ir-rata ta’ kriminalità fil-Kottonera baqgħet bl-istess rata medja tul dawn l-aħħar għaxar snin, u dan minkejja l-fatt li l-affluwenza baqgħet tiżdied.

    Il-Ministru aċċenna li saret ħidma sabiex jitjieb il-pakkett finanzjarju, jitjiebu l-kundizzjonijiet, u l-għodda li jiġu użati mill-membri tal-Korp. Huwa saħaq fuq l-importanza ta’ investiment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ CCTV cameras u l-kunċett ta’ safe city u facial recognition, dan sabiex il-Pulizija jipprevenu l-kriminalità, ikomplu jiġġieldu l-kriminalità, u jassiguraw is-sigurtà lill-poplu Malti u Għawdxi.

    Il-Kummissarju Lawrence Cutajar qal li bi pjaċir u sodisfazzjoni qiegħed jawgura dan ix-xogħol ta’ rinovazzjoni ġewwa l-għassa tal-Bormla, il-post li fih serva għal 4 snin meta beda il-karriera tiegħu ta’ supretendent fis-sena 2000. Huwa qal li l-għassa hija mqassma fuq 3 sulari u fiha medda ta’ 252 metri kwadri, fejn tkopri  kamra fejn is-surġenti jistgħu jkellmu l-membri tal-pubbliku f’aktar privatezza. Huwa qal li din ir-rinovazzjoni tagħmel parti minn pjan ta’ modernizzar li għaddej bħalissa fil-Korp tal-Pulizija, li jinkludi rrinovar ta’ għases, xiri ta’ vetturi ġodda, u diversi għodod oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0