Filmat: Il-gvern jinvesti €6.2 miljun f'73 appartament ġdid f'Birkirkara

  • Mej 21, 2019 10:04
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes żaru l-proġett ta’ housing ġdid f’‘Tas-Sisla’ f’Birkirkara fejn għaddejjin ix-xogħlijiet għal 73 appartament maqsumin f’sitt blokok.

    Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ta rendikont tal-progress li qed isir, fejn wara li tlesta l-iskavar u t-tħaffir, tqiegħdu l-pedamenti. Fl-aħħar ta’ Jannar beda l-proċess tax-xogħol tal-ġebla fejn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel livell tal-proġett. Roderick Galdes spjega li f’dawn il-jiem bdew telgħin il-ħitan tal-garaxxijiet u jitqiegħdu l-ewwel soqfa. 

    Il-proġett li jinsab bejn Triq il-Qanpiena u Triq Mons. Ġużeppi Camilleri f’Birkirkara jinkorpora 73 appartament f’sitt blokok kollha aċċessibbli flimkien ma’ 56 spazju ta’ parkeġġ u 400 metru kwadru spazju miftuħ mifrux mal-proġett. 

    “Dawn huma appartamenti għal dawk il-familji li jeħtieġu l-għajnuna tal-gvern iżda għall-Oppożizzjoni huma kastelli fl-arja. Faċli tkun negattiv, minflok aħna qed inwettqu l-pjan ħolistiku li għandna għas-settur tal-housing f’pajjiżna. Qed nitkellmu fuq 1,700 unit li qed nibnu gradwalment mal-pajjiż kollu,” żied Roderick Galdes.

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega li Projects Plus għandha rwol mill-aktar importanti hekk kif qed toffri servizzi ta’ konsulenza fejn jidħlu l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. Faħħar numru ta’ proġetti li qed isiru biex aktar Maltin ikunu jistgħu jinvestu f’akkomodazzjoni bħall-iskemi għall-persuni li għandhom aktar minn 40 sena.

    Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari rringrazzjaw lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara mmexxi minn Joanne Debono Grech tal-appoġġ tagħhom f’dan il-proġett, lil SPML u lil Malita Investments plc li qed jiffinanzjaw u jimmaniġġjaw is-siti, lill-Awtorità tad-Djar u lill-istakeholders kollha tal-kooperazzjoni tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0