Titħabbar il-mewt ta' Linda... tmut tliet xhur wara żewġha Erich il-PUNK

  • Mej 21, 2019 09:41
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ Linda, mart Eric il-PUNK. F’tislima mill-grupp X-Vandals intqal li Linda marret tiltaqa’ ma’ żewġha.

    Is-servizz funebru se jsir fiċ-ċimiterju ta’ Burmarrad il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju fil-11.30 a.m.

    B’hekk Linda se tkun qiegħda tindifen tliet xhur wara l-mewt ta’ żewġha li miet fl-24 ta’ Frar li għadda. Il-mewt ta’ Erich il-PUNK kienet tfisser l-aħħar kapitlu tal-band. 

    Il-memorja ta’ dan tal-aħħar tfakkret f’kunċert li fakkar, iċċelebra u għamel unur lill-ħajja tiegħu. Filwaqt li matul ħajtu, Erich wettaq diversi atti ta’ karità, hu qatt ma xtaq li jidher. Għalhekk, f’dan il-kunċert huwa ġie onorat bil-mużika u b’att ta’ karità hekk kif inġabru donazzjonijiet għal studenti li jeħtieġu attenzjoni partikolari. 

    Għal din l-okkażjoni, l-organizzaturi ħarġu wkoll edizzjoni limitata ta’ CDs bl-isem ta’ “Hard To Understand - The Final Chapter”. Din is-CD tinkludi diversi intervisti li saru lil Erich matul ħajtu, kif ukoll il-kanzunetti kollha, fosthom waħda li qatt ma nstemgħet qabel, ta’ ABSTRASS. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0