''Nivvotaw għal pajjiż aħjar, ewropa aħjar'' - Alfred Sant

  • Mej 21, 2019 08:47
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li irridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu għar-rimi. Irridu nuru  li aħna poplu ħanin li għandna l-ħeġġa li naħdmu biex nagħmlu pajjiż aħjar, Ewropa aħjar, dinja ahjar.

    Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika fil-Montekristo Estate li għaliha attendew mijiet ta’ nies.

    Alfred Sant qal li rridu naħdmu favur iż-żgħir, favur il-pensjonanti, favur is-self-employed, favur dawk li jridu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja u tal-kirjiet f’Malta u fl-Ewropa.

    “Min jista’jiggarantixxi dawn il-valuri? Adrian Delia jew Joseph Muscat? IL-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista? Min għandu l-ħeġġa li jsewwi dak li hu ħażin u t-tajjeb jagħmlu aħjar?” staqsa Alfred Sant.

    Il-poplu Malti u Ġħawdxi irid jagħti sinjal ċar fl-elezzjonijiet Ewropej li jrid soċjetà li tħenn għaż-żgħir, soċjetà li tieħu ħsieb il-ħaddiema, lill-bdiewa, lis-sajjieda, lil dawk kollha li jaħdmu għal rashom, lil dawk li jiddependu mill-protezzjoni soċjali.

    Alfred Sant qal li fil-ħames snin li ġejjin il-membri eletti f’isem il-Partit Laburista għandhom jaħdmu fi ħdan il-Grupp tas-Soċjal Demokratiċi biex nibnu Ewropa soċjali.

    “Din hija l-viżjoni tal-Partit Laburista. Hija viżjoni li tagħmilna kburin li ngħinu lil min jeħtieġ l-għajnuna mhux biss f’Malta iżda anke fl-Ewropa. Jekk ningħata l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni li ġejja, inwiegħed li nkun impenjat biex inwettaqha.” qal Sant.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0