“Favur il-valuri, l-interessi u l-bżonnijiet ta' Għawdex fl-Ewropa”

  • Mej 20, 2019 20:48
  • Miktub minn iNews
"

    Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi jersqu lejn bilanċ xieraq li jirrispetta il-valuri, l-interessi u l-bżonnijiet ta’ gżejjer żgħar bħal Malta u Għawdex. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea tal-lum, mhijiex ħaġa ċara li dejjem qed jinstab dan il-bilanċ, l-aktar fejn jiddaħħlu soluzzjonijiet li jipprovaw ilibbsu l-istess żarbun lil kulħadd, politika ta’ one size fits all.

    Dan qalu Alfred Sant f’sensiela ta’ laqgħat ma’ għaqdiet soċjali Għawdxin, operaturi turistiċi, bdiewa f’Għawdex. 

    Alfred Sant qal li sab li l-aħjar mod kif Għawdex u gżejjer bħalu jistgħu jġibu aktar fondi mill-Unjoni hu billi jtellgħu proġetti flimkien ma’ gżejjer tal-UE . Dawn jitqiesu bħala proġetti Ewropej u jistgħu jġibu finanzi ekstra. Diġà ġab fondi  ta’ €10 miljun fuq enerġija li tista’ tiġġedded fi gżejjer żgħar bħal Għawdex b’ħidma  konġunta ma’ MEPs li jirrapreżentaw gżejjer Ewropej fil-Kroazja, Sardinja u Sqallija.

    Dwar il-biedja, Sant qal li l-ewwel snin li konna fl-Ewropa dil-problema tgħattiet bis-sussidji li ngħataw lill-biedja.Imma għal wara li jintemmu s-sussidji, ftit li xejn saru bidliet biex nilqgħu għall-effetti tal-politika li jkollna nsegwu bħala membri tal-Unjoni. Għad baqa’ opportunitajiet biex f’li ġej, nagħtu aktar nifs lill-biedja. Irriduha tibqa’ tipprovdi għajxien xieraq lill-bdiewa u liż-żgħażagħ li jitħajru jkunu bdiewa.

    “Jien nibqa’ impenjat mija fil-mija biex nagħti s-sehem tiegħi ħalli fil-qasam tal-biedja, ix-xemx terġa’ titla’.”

    Alfred Sant żar  Ta’ Ċenċ Hotel fis-Sannat. Feraħ lis-sidien tal-lukanda għall-investiment ġdid li għamlu f’din il-lukanda unika u għas-sehem tagħhom tul is-snin biex ikabbru t-turiżmu f’Għawdex.

    Alfred Sant qal li fl-aħħar snin diġà kien hemm progress kbir fit-turiżmu. Imma rridu nagħtuh spinta aktar qawwija.

    Dan billi nbigħu lil Għawdex fl-Ewropa konsistentement bħala destinazzjoni separata mhux bħala parti minn Malta. Hemm bżonn ta’ pubbliċità mfassla speċifikament għal dil-gżira.

    Imbagħad irridu ntejbu l-konnettività, il-mod kif wieħed jasal f’Għawdex minn Malta, permezz ta’ servizz ta’ fast ferry u ta’ ħelikopter. 

    Jeħtieġ inħarsu l-underwater fishing, daqskemm inħarsu l-monumenti u s-siti ta’ valur storiku u naturali f’Għawdex.

    Sforz ieħor irid isir biex cruise liners ikunu jistgħu jżuru lil Għawdex bħala ħaġa normali.

    “Kull soluzzjoni għall-isfidi ta’ Għawdex  għandha tirrifletti l-bżonnijiet tal-Għawdxin kif ukoll l-ħarsien tal-ambjent u l-wirt naturali ta’ pajjiżna.”

    Alfred Sant qal li jekk ikollu l-fiduċja tal-elettorat jibqa’ jkun il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0