€10 miljun għar-rinovar taċ-Ċentri tas-Saħħa

  • Mej 20, 2019 18:48
  • Miktub minn iNews
"

    B’investiment ta’ €10 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ se jiġu rriġenerati u rinovati. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-preżenza tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt l-iffirmar tal-ftehim quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira – wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa l-iktar fil-bżonn ta’ ħajja ġdida.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif il-qasam tas-saħħa huwa ċentrali għall-kwalità tal-ħajja tagħna. Settur li dan il-Gvern ħadem fuqu sa mill-bidu nett biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija, il-mediċini out stock, u l-pazjenti fil-kurituri. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira waħdu jeħtieġ investiment ta’ €1.5 miljun, biex tinġieb għal-livell mixtieq, u dan jista’ jsir grazzi għall-fondi ġejjin mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0