Mill-inqas 32 persuna jinqatlu fi rvell f'ħabs

  • Mej 20, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 32 persuna inqatlu fi rvell f’ħabs fit-Tajikistan. Fost il-persuni mejtin kien hemm 24 membru tal-Istat Iżlamiku u tliet gwardjani.

    Ħames priġunieri u tliet gwardjani għall-bidu nqatlu minn priġunieri oħrajn fl-irvell li nqala’ lbieraħ filgħaxija. Il-vittmi l-oħrajn mietu kaġun tal-ġlied sussegwenti mal-qawwiet tas-sigurtà hekk kif dawn tal-aħħar ppruvaw jerġgħu jġibu l-ordni.

    Il-ħabs jinsab f’Vakhdat, 11-il mil fil-Lvant tal-kapitali Dushanbem u jilqa’ fi ħdanu 1,500 priġunier.

    Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li jidher li priġunieri l-ewwel qatlu lit-tliet gwardjani permezz ta’ daqqiet b’sikkina, qabel ma qatlu lil ħames priġunieri oħrajn bil-għan li jintimidaw lil priġunieri oħrajn.

    Sussegwentement huma ħadu ostaġġi lil priġunieri oħrajn qabel ma fetħu n-nar fil-faċilitajiet mediċi fi ħdan il-ħabs.

    Stqarrija maħruġa mill-ministeru kienet tgħid li wara l-operazzjoni min-naħa tal-qawwiet tas-sigurtża, inqatlu 24 priġunier filwaqt li ġew arrestati 35 oħrajn. L-istqarrija żiedet tgħid li l-ostaġġi kienu meħlusin u ġiet restawrata l-ordni.

    Tnejn mill-priġunieri li nqatlu minn dawk li ħadu sehem fl-irvell kienu attivisti magħrufin sew fi ħdan il-grupp ipprojbit ‘Islamic Renaissance Party’.

    L-awtoritajiet qalu li l-ħabs issa reġa’ kien qed jiffunzona b’mod normali u s-sitwazzjoni reġgħet lura taħt kontroll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0