Taxi bl-ajru sa ħames snin oħra?

  • Mej 19, 2019 19:16
  • Miktub minn iNews
"

    It-taxis bl-ajru, fantaxjenza sal-lum, iżda jistgħu jkunu realtà sa ftit aktar minn ħames snin oħra, f’rivoluzzjoni fil-mod kif nivvjaġġaw fl-ibliet.

    Dan hekk kif grupp Germaniż bl-istem ta’ Lilium żviluppa jet li jaħdem bl-elettriku li jipprovdu servizzi ta’ taxi. Il-kumpanija diġà attirat mal-100 miljun f’investiment privat, fosthom minn Atomico, grupp iffinanzjat minn Niklas Zennstrom, kofundatur tal-videochat app Skype.

    Dan mistenni jkun suq b’potenzjal enormi, hekk kif skont Morgan Stanley, dan jista’ jħalli mat-triljun u nofs fis-sena sal-2040.

    Madankollu, l-ostakli biex dan isir realtà huma ħafna, fosthom approvazjonijiet regolatorji, l-infrastruttura meħtieġa u aċċettazzjonijiet mill-pubbliku.

    Il-kumpanija qed twiegħed li bis-servizz tagħha, vjaġġ bejn żewġ ibliet distanti b’madwar 3 sigħat sewqan, jista’ jibda jsir f’bejn ħames u għaxar minuti biss, b’prezz ta’ bejn 70 u 80 ewro.

    Lilium wettqet l-ewwel titjira ta’ dan it-tip, bi prova li kienet suċċess, aktar kmieni din is-sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0