Mixli li stupra mara diversi drabi

  • Mej 19, 2019 15:03
  • Miktub minn iNews
"

    Aftab Prince, raġel mill-Pakistan ta’ 37 sena residenti Birkirkara, ġie akkużat li stupra mara Pakistana diversi drabi bil-konsegwenza li spiċċat tbati minn problemi fiżiċi u psikoloġiċi.

    L-imputat, li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 10 snin, kien mixli li wettaq dan ir-reat fit-12 ta’ Mejju u kif ukoll fix-xhur ta’ qabel.

    L-Ispettur Joseph Busuttil spjega lill-Maġistrat Josette Demicoli li l-mara sabet il-kuraġġ li tirrapporta l-każ lill-Pulizija wara li kienet fetħet qalbha mal-psikjatra.

    Huwa qal li fil-kultura Pakistana, mara li tagħmel sess qabel iż-żwieġ hija meqjusa bħala xi ħaġa ta’ għajb u li tmur kontra r-reliġjon. Għalhekk qal li l-vittma kienet imbeżża’ titkellem sakemm hija kienet imħeġġa biex tagħmel dan mill-psikjatra.

    L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. 

    L-Avukati Shazoo Ghaznavi u Helen Grech dehru għall-imputat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0