''Il-kampanja tal-Labour trid tnessina mir-realtajiet ta’ pajjiżna''

  • Mej 19, 2019 14:38
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li kien qiegħed jindirizza attività ġewwa s-Siġġiewi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq kif il-pożittivita fil-messaġġi elettorali tal-Gvern u tal-Partit Laburista “għandha l-għan li tnissina mir-realtajiet ta’ pajjiżna. Qegħdin joħolqu “feel good factor”, bi stampi u ritratti kbar u kkuluriti, filwaqt li qegħdin jippruva jiżbarazzaw kull rapport li qegħdin joħorġu.”

    “Ma nistax ninsew ir-realtajiet ta’ pajjiżna: irridu nirrikonoxxu minn xiex verament għaddejjin in-nies, u nifhmu l-għażliet ta’ qabilna. Irirdu naraw għalfejn il-Gvern qiegħed jagħmel dak li jagħmel: Bħalissa ninsabu f’dinja ta’ fake news, iżda aħna m’aħniex sejrin ninsew il-weġgħat tal-Maltin."

    Fuq l-aħħar rapporti relatati mal-qtil ta’ Lassana Souleymane, Delia saħaq ddeskriva dan id-delitt “bħala wieħed xokkanti, li teħtieġ lill-pajjiż, u lil-Gvenr, biex jirreaġixxi bl-iktar mod ċar. Delitti bħal dawn mhux aċċettabbli: Ma nistgħux nittolleraw li f’pajjiżna, l-infermiera tal-Mediterran, li salva daqs tant nies fl-istorja tiegħu, ikun il-pajjiż l-iktar assoċjat mar-razziżmu. Din mhix Malta li naf jiena,u mhix il-Maltin li jafuna madwar id-dinja.”

    Delia akkuża lill-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia, li ipprova “jippolitiċizza dan is-suġġett. Dan huma episodji li verament juruna dak li nemmnu fih. Inkunu qegħdin niżbaljaw jekk nippolitiċizzaw affarijiet ta’ din is-sensittivita.”

    Fl-istess ħin, Delia ddefenda ċertu diskors li huwa għamel matul dawn l-aħħar xhur, liema dikjarazzjonijiet kienu kkritkati minn ħafna esponenti (fosthom, il-Prim Ministru stess ftit tal-minuti qabel, bħala “sentiment tal-lemin estrem li huwa rfinat.”). “Fuq l-immigrazzjoni, aħna ma nistgħux ma nitkellmux, ma nistgħux naħarbu mir-realtajiet. Minn banda, ma jistax ikollna Prim Ministru li jibqa’ għid li Malta baqgħet sigura kif kienet.”

    “Minix qiegħed ngħid dan biex inbeżża jew nallarma, imma tridu ssaqsu lilkom nfuskom: Din il-gżira li għandna, għadha sigura bħalma kienet għaxar snin ilu? In-nies ġewwa djarhom, għadhom iħossuhom siguri kif kienu?”

    Delia spjega kif dak li kien qiegħed jisħaq fuqu l-partit Nazzjonalista “qiegħed jingħad b’responsabbiltà, biex naraw x’inhuma l-problemi, naraw jekk nistgħux nsolvuhom, però iktar importanti minn hekk, ma naħbuhomx.”

    “Irridu nkunu ġusti ma’ dawk li jixirqilhom protezzjoni, sodi ma’ dawk li mhumiex eliġibbli, imma ħorox li jinqdew b’nies li huma l-iktar vulnerabbli.”

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella biex issir inkjesta “indipendenti u awtonoma, biex tistabbilixxi kif sar l-ingaġġ, meta sar l-ingaġġ, u jekk kienx hemm xi ħaġa li setgħet isir biex dan l-episodju ma jiġix evitat.”

    “Ma nistgħux nfarfu minn qabel, daqs kemm ma nistgħux nikkundannaw minn qabel, però ma nistgħux nagħmlu kif jidher li sejjer jagħmel dan il-Gvern, li jneħħi u jeżenta lilu nnifsu minn kull responsabbiltà, qabel ma jiġu stabbiliti l-fatti kollha.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0