Tottenham jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma ta’ Ndombele

  • Mej 19, 2019 14:10
  • Miktub minn iNews
"

    Tottenham daħlu li fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Lyon, Tanguy Ndombele.

    L-internazzjonali Franċiż skorja darbtejn u kkontribwixxa għal tmien assists f’47 dehra għat-team tiegħu f’dan l-istaġun.

    Manchester City diġá kellhom offerta miċħuda minn Lyon għal player ta’ 22 sena, filwaqt li ftit ġimgħat ilu kien iddikjara li Liverpool qablu dwar termini personali mal-midfielder.

    Madankollu, jidher li l-president ta’ Spurs, Daniel Levy, huwa lest li jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex jiffirma lil dan il-player, li għandu klawsola ta’ €80 miljun.

    Juventus, Manchester United u Paris Saint-Germain kollha jinsabu nteressati f’Ndombele, li għad fadallu erba’ snin fuq il-kuntratt attwali tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0