FILMAT: Sewwieqa jinjoraw sinjali tat-traffiku fl-Imrieħel u joħolqu periklu... oħrajn ma jistgħux jagħmlu mod ieħor

  • Mej 19, 2019 13:33
  • Miktub minn iNews
"

    Ilmenti dwar is-sistema ta’ mmaniġġjar tat-traffiku li daħlet fis-seħħ f’dawn l-aħħar xhur fiż-żona industrijali tal-Imrieħel irċevejna u mhux ftit. Sistema ta’ mmanniġġjar li għandha l-għan li tiffaċċja l-konġestjoni ta’ karozzi fit-toroq taż-żona industrijali. Sistema li madankollu hekk kif stqarru magħna diversi sewwieqa spiċċat biex żiedet fil-periklu, b’diversi jkunu dawk li jinjoraw is-sinjali tat-traffiku anke jekk ikunu konxji li se jpoġġu lil sewwieqa oħrajn f’periklu.

    Quddiem dawn l-ilmenti, Inewsmalta marret fiż-żona industrijali u qattgħet ftit tal-ħin – nofs siegħa biex inkunu preċiżi – fl-aktar post li l-aktar li nġibditilna l-attenzjoni dwaru, jiġifieri d-daħla għaż-żona industrijali mill-bypass tal-Imrieħel li tiħdok fi Triq l-Intornjatur. Punt ta’ aċċess għaż-żona industrijali, b’sinjali tat-traffiku li jagħmluha ċara li ma għandhiex tintuża mis-sewwieqa għal ħruġ għall-bypass tal-Imrieħel minħabba l-perikli ovvji li dan jikkawża.

    F’dik in-nofs siegħa, inħolqot medja ta’ sitwazzjoni ta’ periklu kull sitt minuti – b’sewwieqa li jinjoraw is-sinjali tat-traffiku u jagħżlu li joħorġu għall-bypass fejn il-veloċità tal-vetturi hemmhekk taf tlaħħaq saħansitra t-80 kilometru fis-siegħa.

    L-aktar li spikka kien trakk bi trailer li tajjeb ta’ min jinnota li diffiċilment seta’ jsegwi bi triqtu għal Triq l-Intornjatur hekk kif il-karozzi pparkjati fuq iż-żewġ naħat tat-triq ma kinux jippermettulu li jdur il-liwja mingħajr ma jolqot karozza. L-għażla għax-xufier għaldaqstant kienet li jinjora s-sinjali tat-traffiku u saħansitra jaqsam iż-żewġ karreġġjati tal-bypass.

    Tajjeb li l-awtoritajiet jindirizzaw dan in-nuqqas mill-aktar fis possibbli qabel isseħħ traġedja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0