''Storja tal-biża, però hija opportunita unika biex niżirgħu siġra ta’ tama''... Il-Prim Ministru dwar l-qtil ta’ Soleyman

  • Mej 19, 2019 12:55
  • Miktub minn iNews
"

    Fid-diskors tiegħu ta' dalgħodu, il-Prim Ministru appella favur l-integrazzjoni f’pajjiżna, u saħaq kif minkejja d-differenzi li hemm bejnietna, “aħna rridu nibdew nkunu il-bidla, u jkollna l-kuraġġ li niffaċċjaw u negħelbu l-preġudizzji li għandna.”

    Muscat kien qiegħed jirreaġixxi għall-aħbar tas-Sibt li għaddha, meta żewġ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, Lorin Scicluna u Francesco Fenech, kienu arrestati b’rabta mal-omiċidju ta’ Lassane Cisse Souleymane fil-bidu ta’ April. Hekk kif Scicluna u Fenech tressqu l-Qorti, jidher li abbażi tal-istqarrija li ż-żewġ persuni taw lill-persuni, jidher li l-attakk kellu motivi ta’ mibgħeda razzjali.

    Il-Prim Ministru appella biex, fid-dawl ta’ dan il-qtil, “il-pajjiż għandu jkun wieħed maqgħud. Għandna opportunita storika, li minn din l-istorja verament tal-biża, nistgħu niżirgħu siġra ta’ tama, li twassal għal bidla fi ħdan pajjiżna. F’din il-bidla, hemm bżonn li kull wieħed u waħda minnha jkun parti minnha.”

    “Nirrikonoxxi li hemm problemi ta’ integrazzjoni f’pajjiżna, u li dawn mhix faċilment jiġu indirizzati. Madanakollu, nemmen li l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali hija l-unika triq quddiema, għaliex biha biss kapaċi nassiguraw li fil-futur, mhux ħa jkun hemm problemi simili. Inħarsu f’pajjiżi oħra madwarna, u għandna numru ta’ eżempju ta’ pajjiżi oħra fejn indunaw b’dan tard wisq. Aħna rridu nkunu l-vera biddla: jekk ikollna l-preġudizzji, kull wieħed u waħda minnha jrid jiffaċċjahom.”

    Muscat jikkritika n-narrattiva “perikoluża” tal-Partit Nazzjonalista

    Il-Prim Ministru għamel referenza għad-diskors ta’ uħud, speċjalment dawk li huma msieħba f’partit tal-lemin estrem, u tenna kif kien hemm il-bżonn “li nieqfu nirrepetu dak li jgħid ħaddieħor, u nieqfu nitbissmulu. Mhix sitwazzjoni ta’ aħna u huma: Aħna lkoll irridu nfittxu dak li jgħaqqadna, u mhix dak li jifridna.”

    Filwaqt li ma semmiex lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, b’ismu, Muscat appella “dwar il-periklu ta’ min b’mod iktar fin, jitfa’ narrattiva simili ta’ aħna kontra huma, u jippubblika dikjarazzjonijiet bħal ‘pajjiżna mifqugħin bil-barranin.’ Il-ġid qegħdin noħolquh flimkien, u minnu qegħdin ingawdu kulħadd.”

    “Għalhekk, nixtieq nagħmel l-appell ta’ rġulija. Aħna familja li nħobbu, li qalbna tinsab f’postha, u bħala pajjiż nħobbu nogħdru.”

    “Pajjiżna ser ikompli jfur bil-ġid”

    Intant, il-Prim Ministru ppreveda li “fis-snin li ġejjin, pajjiżna sejjer ikompli jfur bil-ġid. Il-missjoni tiegħi hija li kull Malti u Maltija jkunu sinjuri żgħar. Irrid nara l-mobbilità soċjali, li ulieda jkunu aħjar minnha, li ulieda ma jibżgħux, anzi jabbraċċjaw lil xulxin. Irrid nara pajjiż li dejjem qiegħed jikber u jimxi l-quddiem.”

    “Dan kien l-ewwel Gvern fi kwart ta’ seklu li żied il-paga minima, u li daħħalna l-kunċett għall-ewwel darab li ma tistax tagħmel iktar minn sena fuq il-paga minima. Irridu nassiguraw li l-paga minima Maltija tkun suffiċjenti biex persuna jgħajjex familja, u nkomplu nsewwu l-inġustizzji li saru minn Gvernijiet passati.”

    Muscat faħħar “l-ispirtu pożittiv” li hemm fi ħdan il-Partit Laburista, speċjalment fil-kampanja tiegħu waqt din l-elezzjoni: “Aħna mhix qrusa jew mibgħeda għandna, iżda sens ta’ pożittiivita, li anke f’dawn il-mumenti xejn sbieħ, flimkien nistgħu niffaċċjaw dawn l-isfidi u nirbħulhom.”

    “Fl-2014, rbaħna b’32,000 vot, u xorta ksibna tliet siġġijiet”

    Muscat għal darba oħra kkritika lill-Partit Nazzjonalista talli “nsulta lill-23 lokalita differenti, fosthom ta’ Ħal Qormi fejn qegħdin illum. Dan raħal li sa’ ftit snin ilu kellu maġġoranza Nazzjonalista, u din is-sena, il-PN ma riedx joħroġ kandidati ġewwa Ħal Qormi. Kif jista jkun, li persuna li jippretendi li jista’ jmexxi pajjiż, jiddeċiedi li ma jsibx għaxra min-nies biex joħorġu għall-Kunsill?.”

    Fuq l-aspettattivi elettorali tiegħu, Muscat wissa kontra l-kunfidenza żejda, u fakkar kif waqt l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2014, “minkejja li l-Partit Laburista rebaħ b’32,000 maġġoranza, rata akbar minn dik tal-elezzjoni tas-sena ta’ qabel, il-Partit Laburista xorta kiseb tlett siġġijiet.”

    “Jiena nitlobkom: Ejja nwasslu dan il-messaġġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha: Għandna 14-il kandidat, ivvutaw lill-14 li huma. “

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0