Żewġ suldati tal-AFM jwieġbu mhux ħatja... jibqgħu jinżammu arrestati

  • Mej 19, 2019 12:00
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, Francesco Fenech ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn u Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid, tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati bil-qtil ta’ Lassine Cisse Souleyman u bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ persuni oħra, Ibrahim Bah mill-Guinea u Mohammed Jallow mill-Gambia oħra nhar is-6 ta’ April 2019. 

    Huma kienu akkużati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom arma tan-nar mingħajr liċenzja, li sparaw f’post abitat u li fl-1 ta’ Frar 2019 allegatament għamlu attentat għal ħajja ta’ persuna oħra miċ-Chad u kkaġunawlu offiżi gravi, bil-mottiv wara dawn ir-reati jkun mibegħda razzjali. Huma kienu akkużati wkoll li qatlu qtates u għasafar meta mhumiex veterinarji jew persuni kompetenti oħra.

    L-Ispettur Keith Arnaud spjega lill-Qorti li l-imputati ġew arrestati wara żvilupp fil-kors tal-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ raġel mill-Kosta tal-Avorju li seħħ f’April li għadda. Lorin Scicluna ġie arrestat ilbieraħtlula filgħodu filwaqt li Francesco Scicluna kien arrestat ilbieraħ filgħodu. 

    L-Ispettur Arnaud qal li mill-investigazzjonijiet li saru, rriżulta li l-imputati kienu proprju fix-xena tad-delitt, sparaw lill-vittma u li kienu wkoll tajru persuna aktar kmieni din is-sena fl-istess akwati.

    L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom, u ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħhom. Għalhekk baqgħu jinżammu taħt arrest.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Keith Arnaud u Trevor Micallef. Lorin Scicluna kien assistit mill-Avukati Kris Busietta u Julian Farrugia filwaqt li għal Francesco Fenech dehret l-Avukat Giannella De Marco.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0