Distakk ta’ 19 fil-mija favur il-Partit Laburista

  • Mej 19, 2019 11:59
  • Miktub minn Victor Vella
"

     Meta qegħdin ġimgħa biss bogħod mill-elezzjoni biex il-poplu Malti jeleġġi ir-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew, qed jirriżulta minn stħarriġ kummissjonat minn IT-TORĊA,  li d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonali fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hu ta’ 19.6 fil-mija favur il-Partit Laburista.  B’turnout ta’ madwar 70 fil-mija dan jirriżulta f’distakk ta’ madwar 50,000 vot bejn iż-żewġ partiti l-kbar. 

    Il-Partit Laburista irnexxielu jżid id-distakk minn mal-Partit Nazzjonalista b’8.2 fil-mija fuq l-aħħar elezzjoni. L-istħarriġ sar mill-istatistiku Vincent Marmara, bejn il-11 u 17 ta’ Mejju 2019 permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 600 b’Confidence Level ta’ 95 fil-mija u Confidence Interval ta’ +/- 4 fil-mija fost dawn in-nies ta’ età minn 16-il sena ‘lfuq. 

    Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsir replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies.  Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultat finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk it-tbassir tar-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hu, 56.9  fil-mija jivvutaw PL, 37.3 fil-mija jivvutaw PN, 2 fil-mija jivvutaw AD, 1.7 fil-mija jivvutaw Imperium Europa, 1.1 fil-mija jivvutaw PD u 1.1 fil-mija jivvutaw partiti oħra. 

    Il-Partit Laburista b’mod prinċipali żied id-distakk minn fuq il-Partit Nazzjonalista għax hemm iżjed Nazzjonalisti li qed jgħidu li mhux se jmorru jivvutaw, jew li ser jivvutaw partiti oħra.  

    Vincent Marmara qalilna li “importanti wieħed jinnota li f’elezzjoni tal-Parlament Ewropew jivvutaw inqas nies. Infatti normalment joħorġu jivvutaw madwar 75% tan-nies f’Malta. B’hekk meta wieħed jikkalkula d-differenza tal-voti bejn il-Partiti fil-każ ta’ elezzjoni tal-Parlament Ewropew ma jistax jqabbilhom ma’ dak tal-Elezzjoni Ġenerali, minħabba li fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew joħorġu jivvutaw inqas nies. B’hekk minn aspett ta’ voti d-differenza bejn il-Partiti tkun inqas f’elezzjoni tal-Parlament Ewropew milli f’kaz ta’ Elezzjoni Ġenerali.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0