Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa

  • Mej 19, 2019 10:53
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8.40 a.m kien involut f'inċident stradali li seħħ fi Triq Diċembru tlettax fil-Marsa

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta' 26 sena residenti tal-Pietà tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq tat-tip Mazda B2500, qabeż il-bankina, baqa sejjer għal ġo għalqa fil-ġenb tat-triq u ħabat f’siġra.

    Fil-post issejħu Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li assistew lis-sewwieq.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Josette Demicoli li ħatret persuni biex jgħinu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0