Ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew: Musact iżid fil-fiduċja, Delia jnaqqas

  • Mej 19, 2019 08:03
  • Miktub minn iNews
"

    Stħarriġ ikkummissjonat mill-gazzetta It-Torċa u Inewsmalta juri li l-fiduċja fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat baqgħet waħda għolja u saħansitra rreġistrat żieda fuq stħarriġ li kien ippubblikat mill-istess Torċa u Inewsmalta fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li rreġistra tnaqqis fil-fiduċja fil-konfront tiegħu.

    Ftit jiem biss qabel l-iżvolġiment tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, fejn tidħol il-fiduċja bejn il-mexxejja, il-Prim Ministru Muscat għandu persentaġġ ta’ 61.2%, żieda ta’ 1.7% mill-fiduċja li kien igawdi minnha fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar.

    Min-naħa l-oħra filwaqt li fil-bidu ta’ dan ix-xahar Delia kien igawdi minn 37% tal-fiduċja ta’ dawk kollha li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ, ġimagħtejn biss wara huwa ra din il-fiduċja tonqos għal 32.8%, jiġifieri tnaqqis ta’ 4.2%.

    Il-fiduċja fil-konfront ta’ mexxejja oħrajn matul dawn il-ġimagħtejn irreġistrat żieda 2.5%, biex minn 3.5% din issa żdiedet għal 6%.

    Meta n-nies ġew mistoqsijin lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li tafda f’Malta, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, 93.8% qalu li jafdaw l-aktar lill-Prim Ministru Joseph Muscat, b’0.5% biss jgħidu li jafdaw l-aktar lil Adrian Delia. Dan filwaqt li 1.6% irrifjutaw li jwieġbu jew qalu li huma indeċiżi, 1.6% qalu mexxejja oħrajn, u 2.5% qalu li ma jafdaw lill-ebda mexxej. 

    Intant fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017, 67.5% qalu li jafdaw lil Adrian Delia, b’1.4% jgħidu li jafdaw lill-Prim Ministru Muscat. Dan filwaqt li 9.5% irrifjutaw li jwieġbu jew qalu li huma indeċiżi, 6.5% qalu li jafdaw mexxejja oħrajn, u 15.1% qalu li ma jafdaw lill-ebda mexxej. 

    Dr. Vincent Marmarà huwa Statistiku u Riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta' Malta. Huwa aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-istatistika mill-Università ta' Sheffield fir-Renju Unit. Aktar minn hekk, huwa kiseb ukoll d-dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta' Stirling, l-Iskozja. F'dawn l-ahhar 12-il sena huwa kien fdat b'diversi proġetti ta' riċerka kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta' riċerka u analizzat data xjentifika ta' livell għoli. Dr. Marmarà huwa lecturer fil-fakultà tal-FEMA fl-Università ta' Malta u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit.

    Il-metodoloġija

    Dan l-isħarriġ sar minn Sagalytics bejn it-11 ta’ April u t-17 ta’ Mejju 2019 permezz tat-telfon. iIl-kampjun miġbur kin dak ta’ 600 b’Confidence Levl ta’ 95 fil-mja u Confidence Interval ta’ +\- 4 fil-mija fost  dawk in-nies ta’ età minn 16-il sena ‘l fuq.

    F’dan l-istudju intuża il-metodu tal-istratifidd random sampling ukoll. B’hekk il-kampjun miġbur kin imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies f’Malta, id-distretti u kif ukol is-sess tagħhom.

    F’dan l-istudju qiegħed jintuża l-metodu tal-Multiple Impuation Technique biex wieħed ibassar dawk li jirrifjutaw li jwieġbu x’kienu jwieġbu li kieku wieġbu għall-mistoqsija dwar l-elezzjoni Parlament Ewropew.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0