Għat-tmien sena konsekuttiva, is-sistema ta’ divertiment abbord l-ajruplan tal-Emirates ‘ice’, ingħatat il-premju ta’ ‘World's Best Airline Inflight Entertainment’ matul iċ-ċerimonja ta’ 2012 SKYTRAX World Airline Awards. Il-premjijiet kienu bbażati skont il-votazzjoni li ngħataw minn ‘l fuq 18-il miljun passiġġier tal-ajru minn 100 nazzjonalità differenti.
Is-sistema rebbieħa ta’ divertiment Inflight Entertainment (IFE), system tal-Emirates, ice Digital Widescreen (‘ice’ li tfisser information, communications u entertainment),, toffri għażla wiesa’ ta’ ’l fuq minn 1,400 stazzjon ta’ divertiment. Dan jinkludi sa 300 film differenti minn madwar id-dinja, mijiet ta’ stazzjonijiet tat-televixin, u eluf ta’ xogħlijiet mużikali li jvarjaw mill-kontemporanju sal-klassiku.
Bħala evidenża ċara tal-impenn kontinwu tal-Emirates biex tipprovdi prodott ta’ kwalità u innovattiv, f’Marzu li għadda l-linja tal-ajru introduċiet Graphical User Interface (GUI), ġdid li tagħti iktar aċċessibilità b’mod faċli lill-passiġġieri permezz ta’ “swiping” jew “scrolling” fuq l-iskrin. Barra minn hekk, il-passiġġieri abbord il-Boeing 777 il-ġdid tal-Emirates, jistgħu jgawdu s-sistema ice fuq l-iskrins personali ikbar mgħammra b’high definition (HD),. Id-dimenżjonijiet tal-iskrins fl-Ewwel Klassi huma ta’ 27 pulzier, fil-Klassi tan-Negozju 20 pulzier, u fil-Klassi Ekonomika ta’ 12.1 pulzieri – dan tal-aħħar hu l-ikbar wieħed fid-dinja tat-tip tiegħu.
“Li tirċievi l-premju prestiġjuż il-‘World's Best Airline Inflight Entertainment’ ta’ SKYTRAX għat-tmien sena konsekuttiva mhux biss hu prova tal-isforzi tagħna, iżda turi wkoll l-apprezzament tal-passiġġieri tagħna għas-sistema ice. Dan hu l-veru premju tagħna,” qal Patrick Brannelly, il-Viċi President tal-Emirates għal Komunikazzjonijiet Korporattivi, Ippubblikar, Diġitali u Attivitajiet, li rċeva l-premju matul il-Farnborough Air Show, fl-Inġilterra.
Emirates topera titjira kuljum minn Malta għal Dubaj, b’waqfa qasira f’Larnaka, Ċipru.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.