Erba' jinqatlu u 14 jindarbu f'attakk b'bomba f'Herat

  • Mej 18, 2019 10:28
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas erba’ persuni nqatlu u 14 oħrajn sfaw midrubin f’attakk b’bomba fil-provinċja ta’ Herat fl-Afghanistan.

    F’kummenti li għadda lill-aġenzija tal-aħbarijiet Xinhua, kelliemi għall-Gvern provinċjali, Jilani Farhad, qal li “l-inċident seħħ viċin l-uffiċċju amministrattiv ta’ Obe, wara li bomba marbuta ma’ mutur splodiet meta l-kap distrettwali kien għaddej miż-żona filgħodu.”

    S’issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk, madankollu uffiċjali lokali qed jitfgħu l-ħtija ta’ dan l-attakk fuq il-militanti tat-Taliban.

    Matul dawn l-aħħar ġimgħat il-grupp militanti nieda offensiva f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż, liema offensiva ħalliet mijiet ta’ persuni – inkluż militanti – mejtin.

    Minbarra li qed iwissu lin-nies biex ma jappoġġjawx lill-gvern, it-Taliban qed iħeġġu wkoll liċ-ċittadini biex ma jattendux folol tal-massa, konvojs militari, u ċentri hekk kif dawn jafu jispiċċaw fil-mira ta’ attakki.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0