Tabbanduna lil binha bl-awtiżmu fi stabbiliment tal-ikel għax ma setgħetx tlaħħaq mad-djun li akkumulat għat-terapija

  • Mej 17, 2019 20:30
  • Miktub minn iNews
"

    Tifel ta’ ħames snin li jbati bl-awtiżmu kien abbandunat minn ommu f’ħanut tal-ikel fi stazzjona tal-ferrovija fiċ-Ċina. It-tifel instab biulqiegħda waħdu mill-pulizija jiekol ikel li ħallew warajhom klijenti oħrajn tal-istabbiliment tal-ikel.

    F’nota li nstabet fil-but tal-qalziet tat-tifel, ommu, ta’ 28 sena, qalet li ma setgħetx tkompli tieħu ħsieb lil binha minħabba problemi finanzjarji li kienet qed tiffaċċja wara li missier it-tifel kien abbandunahom tliet snin qabel.

    It-tifel, magħruf bħala Le Le, kien abbandunat fi stabbiliment tal-ikel fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Hangzhou nhar it-Tnejn li għadda. L-aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża Zheijang ippubblikat filmat miġbud mill-kameras tas-sigurtà li juri lill-omm tabbanduna lit-tifel waħdu.

    In-nota li nstabet mat-tifel kienet tgħid li huwa kien ibati mill-awtiżmu. L-omm kitnet li kaġun tad-djun li kienet akkumulat tul is-snin hija ma setgħetx tkompli tħallas għat-terapija ta’ binha, u dan wassalha biex tieħu d-deċiżjoni kiefra li tabbandunah.

    Il-mara żiedet tikteb li hija waslet għal din id-deċiżjoni wara li saret taf li l-orfanotrofji fiċ-Ċina jilqgħu biss lil dawk it-tfal li jisfaw abbandunati. Żiedet tgħid li hija taqla’ biss madwar £340 fix-xahar, li minnhom ikollha tonfoq £227 fix-xahar biex tħalli lil binha f’ċentru tat-tfal sakemm hija tkun ix-xogħol.

    Qalet li apparti dan hija tkun trid tħallas għat-terapija ta’ binha u dan jagħmilha impossibbli għaliha li tlaħħaq mal-ispejjeż.

    Il-Pulizija eventwalment irnexxilhom isibu lill-mara wara li ppubblikaw informazzjoni dwar it-tifel nhar l-Erbgħa li għadda. L-uffiċjali informawha li kaġun tal-aġir tagħha hija taf saħansitra tintbagħat il-ħabs, bl-omm tammetti li abbandunat lil binha u tgħid li lesta li tiffaċċja l-liġi.

    Intant il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ.

    Il-liġi kriminali Ċiniża tgħid li dawk il-ġenituri li jabbandunaw lil uliedhom jafu jeħlu sa ħames snin ħabs. Madankollu fir-realtà ftit li xejn huma dawk il-każi ta’ ġenituri li jintbagħtu l-ħabs minħabba nuqqas ta’ infurzar tal-liġi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0