Igor Stimac maħtur coach nazzjonali tal-Indja

  • Mej 16, 2019 16:24
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex difensur tal-Kroazja, Igor Stimac, ġie maħtur coach nazzjonali tal-Indja b’kuntratt għal sentejn, qalet l-FA tal-pajjiż il-bieraħ.

    Stimac, 51 sena, li kien parti mit-team tal-Kroazja li fit-Tazza tad-Dnja 1998 fi Franza kienu spiċċaw fit-tielet post, ħa post Stephen Constantine.

    L-ikbar kisba ta’ Stimac fil-karriera tal-coaching kienet meta l-Kroazja kkwalifikaw għall-finali tat-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brażil u l-aħħar waħda kienet mal-club tal-Qatar, Al-Shahania.

    “Igor huwa l-kandidat ġust biex jikkowċja lil Blue Tigers,”, qal il-president tal-All India Football Federation (AIFF), Praful Patel fi stqarrija.

    “Il-football Indjan għaddej minn żmien transitorju u jien ninsab kunfidenti li l-esperjenza vasta tiegħu se tiggwidana għal-livelli ogħla.”

    Bħalissa l-Indja tinsab fil-101 post tar-rankings tal-FIFA iżda s-sena l-oħra daħlu fl-ewwel 100 taħt Constantine li ma fittix estensjoni wara li l-Indja sfaw eliminati fil-fażi tal-gruppi mit-Tazza Asjatika aktar kmieni din is-sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0