Memorandum ta’ qbil għall-iskema tal-Passaport tal-Kbar bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Heritage Malta

  • Mej 16, 2019 16:23
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ffirmaw Ftehim ta’ Kollaborazzjoni li implimenta l-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. B’dan il-passaport, l-anzjani jistgħu jgawdu minn aċċess bla ħlas u bla limitu fl-attrazzjonijiet kollha ta’ Heritage Malta (apparti s-siti li huma magħluqa għall-pubbliku u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni). Waqt dawn iż-żjarat, l-anzjani jistgħu jagħżlu wkoll li jiġu akkumpanjati minn żewġ żgħażagħ li wkoll jidħlu bla ħlas.

    “Permezz ta’ din l-inizjattiva, qegħdin inkomplu nsaħħu l-kollaborazzjonijiet fis-settur kulturali, billi niżguraw aktar aċċessibbiltà u inklussività għaċ-ċittadini l-kbar tagħna. Grazzi għal din l-iskema, mhux biss qegħdin nagħmlu s-siti u l-mużewijiiet tal-Aġenzija aktar disponibbli, imma qegħdin ukoll inżiedu l-għarfien dwar il-wirt u l-istorja ta’ pajjiżna. Aħna impenjati biex inkomplu nsaħħu dan is-settur li dejjem qiegħed jikber, għal benefiċċju tal-komunità,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt iċ-ċerimonja. 

    Dawk iċ-ċittadini kollha li għandhom minn 60 sena ’l fuq huma mistiedna japplikaw personalment għal dan il-Passaport tal-Kbar billi jmorru bil-karta tal-identità l-kunsill lokali tagħhom. Il-ħaddiema tal-kunsill lokali se jirreġistrawhom fis-sistema tal-Passaport tal-Kbar u fi żmien għaxart ijiem, l-applikanti se jirċievu bil-posta l-passaport flimkien ma’ fuljett bl-informazzjoni. 

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li l-inizjattiva tal-lum tkompli turi kemm il-gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani. Bis-saħħa ta’ dan il-passaport biex l-anzjani jidħlu b’xejn f’siti ta’ Heritage Malta, dawn se jkollhom opportunità oħra biex flimkien maż-żgħażagħ jaqsmu esperjenzi edukattivi u kulturali. Is-Segretarju Parlamentari qal li r-riforma fil-gvern lokali se tagħti wkoll prijorità lill-anzjani. Fil-fatt għandha l-għan li tkompli ttejjeb l-kwalità tal-ħajja tagħhom u bil-liġi se jkun hemm kunsillier f’kull kunsill lokali responsabbli mill-anzjani tal-lokalità.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis spjega kif permezz tal-armonija fl-amminsitrazzjoni ta’ dan il-gvern, qegħdin naħdmu flimkien sabiex miżuri fil-manifest elettorali li huma intersettorali wkoll jiġu implimentati. Għaldaqstant is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis sostna li permezz tal-Passaport tal-Kbar ser inkomplu nimplimentaw l-Politika Strateġika Nazzjonali dwar l-Anzjanità Attiva, u noffru opportunità biex in-nanniet u t-tfal kollha jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, filwaqt li jsaħħu l-għarfien tagħhom dwar l-istorja ta’ pajjiżna.

    Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, is-Sur Mario Cutajar qal li din hija it-tieni inizjattiva li tagħqad mal-passaport tat-tfal u li din id-darba hija indirizzata lejn l-anzjani. Iż-żewġ inizjattivi flimkien fetħu l-bibien tas-siti kollha b’xejn ta’ Heritage Malta għal kulħadd.

    Permezz ta’ din l-inizjattiva Heritage Malta qed twassal il-viżjoni tagħha minn waħda għall-konservazzjoni tal-patrimonju għall-viżjoni usa’ li tagħti aċċessibiltà għal dak li jagħmilna Maltin. 

    Hemm proġetti oħra ta’ Heritage Malta li qed ninvestu fihom u li jkunu mħabbra ’l quddiem li permezz tagħhom mhux biss tippreżenta stampa tal-patrimonju tagħna imma permezz tal-aċċessibiltà li qed ninvestu fiha tkun qed iżżid l-għarfien ta’ dak li jagħmilna Maltin.

    Din l-inizjattiva li qed issir mal-kunsilli lokali tagħti wkoll ħajja lill-kunċett ta’ dan il-Ministeru li  għandu miegħu wkoll il-kultura u l-gvern lokali.

    Din għandha tkun l-ewwel minn sensiela ta’ inizjattivi biex permezz tagħhom twassal il-patrimonju u l-kultura sa kull rokna tal-gżejjer u għand iċ-ċittadini kollha għax tabilħaqq li l-kunsilli lokali huma linja diretta għal għand iċ-ċittadini li jirrapreżentawom.

    Dawk li jkollhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta jistgħu jgawdu minn żjarat bla limitu u bla ħlas fis-27 sit tal-Aġenzija, li jvarjaw minn tempji u għerien preistoriċi, djar u ħabsijiet storiċi, fortizzi u palazzi, u selezzjoni ta’ mużewijiet li jirrelataw man-natura, l-arkeoloġija, il-marittimu, it-tifkiriet tal-gwerra u l-arti.

    Waqt kull żjara f’xi attrazzjoni ta’ Heritage Malta, l-anzjani għandhom jassiguraw li l-passaport tagħhom jiġi ttimbrat. Ma’ kull tmien timbri miġbura, is-sidien tal-passaport jirċievu rigal sabiħ mingħand Heritage Malta, għal total ta’ tliet rigali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0