Bżonn ta’ moviment kontra r-riforma tal-UEFA Champions League

  • Mej 16, 2019 16:19
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kap eżekuttiv tal-Lega tal-Football Svizzeru, Claudius Schaeffer, qed jibża’ li l-clubs ta’ pajjiżu flimkien ma’ oħrajn  jistgħu jitilfu l-aċċess tagħhom għall-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League hekk kif proposta li ressqet il-UEFA tista’ toħloq kampjonat bejn ċerti timijiet fis-sena 2024.

    Schaeffer kompla jgħid li ċerti kampjonati, clubs, partitarji u anke players għandhom jingħaqdu f’moviment sabiex jiġġieldu din il-proposta li, skond hu, tmur kontra l-istatut tal-UEFA filwaqt li tinjora l-prinċipji storiċi tagħha.

    Huwa ssokkta jgħid li hemm ħafna clubs li għandhom ir-riservi tagħhom kontra din il-viżjoni li qed taddotta l-ogħla għaqda tal-football Ewropea. Fil-fatt diversi organizzaz­zjonijiet jinsabu inkwetati fuq din il-proposta.

    Schaeffer qal li kull min iħobb il-logħba tal-football u jrid iżommha għaddejja għan­du jingħaqad u jsemma’ leħnu.

    Min-naħa tagħha, il-UEFA ma kkummentatx mill-ewwel fuq dak li kien qed jingħad iżda sostniet li qed isiru diskussjonijiet bik­rija f’dan ir-rigward speċjalment fuq x’tip ta’ kompetizzjoni Ewropea ser tiġi organizzata.

    Minkejja kollox, skond rapporti li ħarġu minn laqgħa bejn il-UEFA u rappreżentanti ta’ kampjonati Ewropej li saret l-Erbgħa li għaddew, l-ogħla għaqda tal-football Ew­ropew diġá ressqet proposta li fiha ser isir tibdil drastiku.

    Diversi rappreżentanti tal-kampjonati li kienu preżenti waqt din il-laqgħa qalu li l-UEFA qed tipproponi kampjonat Ewropew bi tliet diviżjonijiet li jkollu kemm promoz­zjoni kif ukoll relegazzjoni.

    L-aqwa kategorija, li hi ekwivalenti għall-UEFA Champions League kapaċi tinkludi 32 team u l-aqwa 24 club jżommu posthom għall-istaġun ta’ wara, sabiex tieqaf it-tradizzjoni li l-kwalifikazzjoni ssir permezz tal-kampjonati nazzjonali.

    Din il-proposta qed issib oppożizzjoni minn diversi kampjonati li qed jgħidu li għandhom l-appoġġ ta’ madwar 700 club minn dan il-kontinent.

    Schaeffer kompla jgħid li din l-istess proposta qed tikser il-prinċipju fundamentali tal-football Ewropew, dik il-ħolma li tilgħab kontra club kbir u famuż. Dan huwa prinċipju importanti mill-piramida tal-football li tinkludi lil kulħadd mhux lit-timijiet qawwija biss.

    Din il-kompetizzjoni l-ġdida xorta tħalli erba’ postijiet għaċ-champions tal-kampjonati nazzjonali iżda Schaeffer qed jibża’ li dan kollu ma jkunx miftuħ għall-pajjiżi li għandhom ranking mhux daqstant għoli  bħall-Isvizzera. Hu qal li għandna nitkellmu l-affarijiet kif inhuma u din il-kompetizzjoni ser tkun qed taġevola lit-timijiet il-kbar filwaqt li dawk hekk imsejħa żgħar jintnesew.

    Schaeffer ammetta li t-timijiet Svizzeri xejn ma pproduċew wirjiet tajbin f’dawn l-aħħar snin  u jekk il-UEFA tibqa’ għaddejja b’dan il-pjan ser tmur kontra l-artikli 2g u 2h tal-istatut tagħhom.

    F’dawn l-istess artikli hemm miktub li l-valuri tal-isport għandhom jiġu mpoġġija l-ewwel qabel il-flus u l-qligħ li jsir. Dan kollu jista’ jfisser li din l-għaqda tkun qed tappoġġa lill-clubs iż-żgħar u l-akkademji fi ħdanha.

    Il-kap eżekuttiv Svizzeru qal li mhux kompitu tal-UEFA li tara liema għandha tkun l-aħjar kompetizzjoni. Huma qishom dawk li jiddeċiedu x’ser isir għall-ġid tal-55 assoċjazzjoni li qegħdin magħha. Għaldaqstant m’għandha tħalli barra lil ħadd.

    Schaeffer qal li dawn il-proposti qed joħolqu ċertu tensjoni fil-football Ewropew. Fl-opinjoni tiegħu huma biss il-clubs il-kbar u ċerti stazzjonijiet tat-televiżjoni li jiggwadanjaw minn din il-miżura. B’hekk għandu jkun hemm proposti alternattivi mill-clubs li jkunu ta’ ġid għal-logħba tal-football.

    Jekk ikun hawn moviment kbir kapaċi jkun hawn saħħa biżżejjed sabiex ċerti proposti ma jseħħux. B’hekk il-kampjonati tal-pajjiżi rispettivi jistgħu jipproponu xi tip ta’ kompetizzjoni oħra li tkun waħda valida u li fuq kollox tinkludi lil kulħadd.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0