€34,648 għal ħaddiem li weġġa' fil-Freeport

  • Mej 16, 2019 15:09
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef ordna lill-Freeport biex tħallas €34,648 lill-armla ta' ħaddiem li kważi 10 snin ilu weġġa' fuq il-post.

    Il-ħaddiem fetaħ il-kawża kontra l-Malta Freeport Terminals plc u l-kumpanija CMA-CGM madankollu fil-kors tagħha waqqa' it-talba fil-konfront tal-kumpanija barranija u anke laħaq miet.

    Huwa spjega lill-Imħallef Joseph Micallef kif huwa kien jaħdem bħala ħaddiema tax-xatt u dakinhar tal-inċident, 4 ta' Awwissu 2009, kien qed jaħdem fuq il-vapur “Marguerite” li kien sorġut Kalafrana.

    Huwa spjega kif flimkien mal-kollega tiegħu kien qed iħoll l-irbit tal-kontejners sabiex jinħattu u jitniżżlu l-art meta l-'lashing rod' inqalgħet, huwa tilef il-bilanċ u waqa' minn għoli ta' madwar żewġ metri.

    Żied jilmenta li l-vapur kellu nuqqas ta' lqugħ u żamm lill-Freeport responsabbli għax sostna li kienet ilha sena taf b'dan imma la hija u lanqas is-sid jew l-aġent tal-vapur ma ħadu azzjoni.

    Huwa sostna li kawża tal-waqgħa huwa sofra ksur f'saqajh u l-għarqub ta' siequ x-xellugija tant li ġarrab diżabilita permanenti ta' madwar 15%.

    Min-naħa tagħha, il-Malta Freeport Terminals plc ċaħdet li kienet responsabbli u qalet li l-inċident seħħ tort tal-ħaddiem.

    Il-ħaddiem laħaq miet fl-2013 u l-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili tkompliet minn martu.

    Wara li sema' l-provi, l-Imħallef Mintoff irrimarka li minnhom irriżulta li l-ħaddiem kien liebes ilbies protettiv anke jekk dan ma kienx provdut mill-Freeport.

    Huwa qabel mal-ħaddiem li ma kienx hemm ilqugħ fuq il-vapur u li l-Freeport kienet taf b'dan għax kienu ilhom isiru lmenti mill-ħaddiema.

    L-Imħallef Mintoff semma li ma rriżultax li kien hemm xi persuna mqabbda mill-Freeport li kienet qed tissorvelja x-xogħol u għalhekk żammha responsabbli tal-inċident.

    Meta ġie biex jaħdem l-ammont tal-kumpens, huwa kellu 51 sena u sofra diżabilita ta' 15% u ordna lill-Freeport tħallas kumpens ta' €34,648.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0