Jiċċelebraw kif setgħu!

  • Ġun 16, 2013 15:03:21
  • Miktub minn

    Il-festa ta’ Santa Katarina tħassret. Iżda, dan ma jfissirx li ż-Żwieten ma ċċelebrawx bil-mod tagħhom. Anke jekk mhux kif u kemm xtaqu.

    Il-quddiesa ta’ tmienja ta’ dalgħodu ntemmet bid-daqq tal-innu ‘Warda u Bajda’ u l-ġemgħa kbira miġbura laqgħet dan b’ċapċip kbir.

    Fis-sigħat ta’ wara l-akkaniti għall-festa taż-Żejtun iċċelebraw il-festa ta’ Santa Katarina fiż-żewġ każini tal-baned. Xi ħaġa normali li fil-ġimgħa tal-festa, għalkemm xi ħaġa differenti kienet tinħass. Mhux biss għax l-attivitajiet fil-każini kienu qegħdin isiru fil-ħin li s-soltu jsiru l-marċi ta’ barra. “In-nies li qiegħed tara hawn huma n-nies li tara ta’ sikwit matul is-sena fil-każin. Oħrajn, li s-soltu jinżlu għall-ġimgħa tal-festa, mhux faċli tiġbidhom meta l-aħbar ewlenija kienet li l-festa tħassret,” qalilna dilettant li tkellem magħna.

    Il-bandisti fiż-żewġ każini nġabru f’ħinijiet differenti. Fil-każin taż-Żejtun Band il-marċ beda fid-disgħa ta’ filgħodu u f’dak tal-Beland beda għall-ħabta tas-siegħa.

    Dilettanti oħra spjegaw kif ma setgħux jibqgħu d-dar jew sempliċiment jiddeċiedu li jmorru l-baħar. “Meta tkun dilettant ma jistax ikun li taċċetta li wara sena ħidma ma tinżilx sa hawn,” qal magħna żagħżugħ li kien qiegħed jattendi waħda miż-żewġ ċelebrazzjonijiet organizzati.

    Ritratti u filmati: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 16

  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    x'iccelebraw il-festa ta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Mux

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    li jintwera rispett lejn ajn arcipriet jew kapillan li jkun miet fir-rahal ma fija xejn hazin pero mandiex tehel il-festa tal-patrun! dik manda xta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Jien la jien miz-Zejtun u lanqas jien dilettant tal-festi pero l-unika soluzzjoni ghall dan l-indhil mil-knisja hi li il-parrucjani dilettanti tal-festi hi li ma jikkontribux finanzjarjament fi kwalunkwe gbir li jsir mill-knisja u kunsilli parrokkjali.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Jien ta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    LI KIEKU RIEDU Z-ZEWG BANED SETGHU JAGHMLU MARCI BARRA KULM ATKUN TRID IL-PERMESS TAL-PULIZIJA.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Dak parir ta Frans. Prosit, jaqaw kont tmur l-iskola ta bil-lejl, jidhir li ghandek I.Q kbir. Ha haj. x'mohh dak !!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Ma tistax tifred il-festi esterni tar-rahal mill-Knisja. Dawn bhala storja bdew bil-barka tal-Knisja b'diff

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 16, 2013

    Hasra kbira. Mhux li ghamlu l-marci fil-kazini, izda li thassret. U se nghid ghaliex. X'tort kellu l-pop

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    Il-festi ghadom jkunu prerogattiva tal-parrocci flimkien mal-ghaqdiet tal-lokal.. u addio kurja ghax jekk ha nibqaw sejrin hekk gas down ghal gol hajt ha nispiccaw...

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    IL-knisja ma ghandha ebda dritt lii thassar festi ghax ikun miet il-kappillan. Il-poplu Zejtuni urihom li xorta wahda iccelebra avolja ma riduhx. Mhux ta xejn li l-knisja f'Malta dejjem qed issir iktar irrelevanti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    Naqbel li l-kazini tal-baned imisshom ghamlu marc flimkien barra u ma jhallux lill-knisja tindahal. Fuq kollo

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    il kurja qatt ma jmissa tindah

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    MONS. ARC,ISQOF KUN AF LI DAK LI HEKK IMSEJH QASSIS GOUDER HSARA KBIRA LIL KNISJA QETT JAGHMEL BILLI IFISA LI JEQRED ICELEBRAZJONIET TA BARRA TELQALU IT TRIQ LEJN X'PAJIZZ IHOR BHAL INDJA GHAX HEMM MA SIRUX DAWN ICELEBRAZJONIET.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Jin nixtiq nindiriza l-Isqof Pawlu Cremona u nejdlu li stenajna hafna aktar minandek. Meta lhaqt Malta kola tatek merhba u lum hafna mina jidispjacijom li laqawk fir-rahal tahom. Mindu lhaqt mamilt xejn. kin hem 4 qasis

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 19, 2013

    @warren spiteri : Proset siehbi ilqatt il-musmar fuq rasu ezatt :),

    Irrispondi