Żurrieqi akkużat li offra flus biex tifel ta' 14-il sena jagħmel atti sesswali miegħu

  • Mej 16, 2019 13:08
  • Miktub minn iNews
"

    Żurrieqi ta’ 59 sena, baqa’ jinżamm taħt arrest wara li kien mixli li matul dan ix-xahar u fix-xhur ta’ qabel talab favuri sesswali mingħand tifel ta’ 14-il sena.

    Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Paula Ciantar, qalet li l-akkużat għandu l-interess tal-ħamiem, bit-tifel kien imur jara l-ħamiem ta’ ħuh. Kien proprju minn hemm li allegatament l-akkużat sar jaf lit-tifel.

    Fil-Qorti ntqal li t-tifel kien imur mal-imputat fil-klabb tal-ħamiem taż-Żurrieq.

    Filwaqt li l-Ispettur Ciantar qalet li l-akkużat offra l-flus lit-tifel biex jagħmel atti sesswali miegħu, hi żiedet tgħid li l-Pulizija kienet informata bil-każ minn infermieri wara li kien l-akkużat innifsu li allegatament għamel referenza għall-każ magħhom.

    L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, madankollu l-Maġistrat Audrey Demicoli rrifjutatlu l-ħelsien mill-arrest.

    Għall-akkużat dejer l-Avukat Lenox Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0