Vot tal-MEPs Nazzjonalisti jhedded 35,000 impjieg

  • Mej 16, 2019 07:21
  • Miktub minn iNews
"

    Il-vot tal-membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti favur emendi li jridu l-armonizazzjoni tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li qed issir minħabba pressjoni minn diversi pajjiżi Ewropej li qed jaraw is-suċċess Malti fis-settur finanzjarju, ifisser li dan qed jhedded xejn inqas minn 35,000 impjieg.

    Għandna f’idejna stimi li saru minn esperti f’dan il-qasam  u dan juri li l-mod kif kienu vvutaw id-Deputati Ewropej Nazzonalisti fil-Parlament Ewropew dwar l-amonizazzjoni tat-taxxi  tfisser li hemm setturi sħaħ mheddin. Dawn huma fil-qasam tal-gaming, servizzi professjonal u fis-settur tal-kiri.   L-istess espert qalilna li l-armonizazzjoni tat-taxxa  tista’ anke jkollha impatt fuq setturi oħra fosthom dak tal-manifattura. 

    L-istess espert li tkellem magħna qalilna li  kull miljun ewro investiti fl-industija tal-gaming ifisser żieda ta’ żewġ impjiegi f’setturi oħra. Sostna magħna li “fejn jirrigwarda s-servizzi finanzjarji  kull miljun ewro minfuq iwassal għal tmien impjiegi ġodda, waqt li miljun ewro fil-qasam tas-servizzi professjonal iwassal għal ħolqien ta’ sitt impjiegi f’setturi oħrajn. Għalhekk bla gaming, bla servizzi finanzjarji u bla servizzi professjonali, iwassal għal telf ta’ eluf ta’ impjiegi.  Nikkalkula, li dan ikun jammonta għal 35,000 impjieg”.

    Dan it-theddid fuq dawn  l-impjiegi hu minħabba il-mod kif ivvutaw il-Membri Parlamentari Nazzjonalisti   fil-Parlament Ewropew. Dawn ivvutaw favur emendi li jridu l-armonizzazzjoni tat-taxxa.  xi ħaġa li thedded  eluf ta’ impjiegi.

    Il-mod kif ivvutaw l-Ewro Parlamentari Nazzjonalisti jista’ jwassal għall-waqgħa tal-ekonomija Maltija.

    Ta’ min jgħid li dwar dan kienu tkellmu l-Ewro Parlamentari Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. Huma kienu qalu li l-MEPs tal-PN f’Malta juru wiċċ u fi Brussel juru ieħor.  Saħqu li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista qed jipperikolaw l-investiment u l-impjiegi Maltin. 

    “Emenda 18 li vvutajna fuqha fil-Parlament Ewropew titlob li jkun protett id-dritt ta’ pajjiżi żgħar bħal Malta li jkollu vot daqs pajjiżi kbar f’sistema importanti bħalma hi t-tassazzjoni. Kif jivvutaw it-tlett MEPs tal-Partit Nazzjonalista? Jivvutaw kontra. Malta jgħidu mod, imorru fi Brussel u jagħmlu mod ieħor,” iddikjarat Miriam Dalli. 

    Hi  kienet qed tirreferi għal vot li ttieħed fis-26 ta’ Marzu. Fost l-emendi li ġew ivvutati fuqhom fil-vot dwar rapport dwar evażjoni tat-taxxa, emenda numru 18 ippreżentata mill-grupp politiku GUE kienet dwar il-protezzjoni tal-unanimità meta jiġu għall-voti dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.

    Li jkollok vot unanimu fil-Kunsill Ewropew ifisser illi kull deċiżjoni li tittieħed fuq tassazzjoni jrid jaqbel magħha kull pajjiż. Jekk ma jaqbilx imqar pajjiż wieħed, it-tibdil li jkun qed jiġi propost ma jidħolx fis-seħħ. In fatti, din l-emenda numru 18 tiddeskrivi l-prinċipju tal-unanimità bħala “l-aħħar difiża tal-interess nazzjonali” u żżid illi dan il-prinċipju jżomm lil kull pajjiż – kbir jew żgħir – fuq l-istess livell. L-emenda żżid tgħid illi jekk dan il-prinċipju jitneħħa, jkun hemm żbilanċ fit-teħid tad-deċiżjonijiet fejn min hu l-aktar b’saħħtu jirbaħ dejjem.

    Għal din l-emenda, id-delegazzjoni tal-Partit Laburista vvutat favur, filwaqt li d-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista vvutat kontra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0