Valletta Design Cluster... Fil-Qalba tal-Komunità Beltija

  • Mej 15, 2019 17:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, u ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef illum żaru x-xogħlijiet li qed isiru fil-binja tal-Valletta Design Cluster (VDC), proġett tal-legat ta' Valletta 2018 u tal-ewwel tip tiegħu lokalment, li se jkollu spazji dedikati għal NGOs u individwi li jaħdmu fis-settur kulturali u kreattiv ibbażati ġewwa Malta. Dan il-proġett hu ppjanat li se jiġi jiswa' €9.3miljun u hu parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej.

    Il-Ministru Bonnici stqarr li, "il-kunċett tal-VDC inħoloq biex jittejjeb l-ambjent urban għar-residenti tal-Belt Valletta u biex iservi bħala pjattaforma soda għall-operaturi fix-xena kulturali u kreattiva Maltija.  Dan il-proġett iservi bħala eżempju ewlieni ieħor tal-importanza li għandhom il-kultura u l-arti, u kif bħala Gvern aħna qegħdin naħdmu biex nagħmlu dan is-settur li kulma jmur qiegħed jikber, dejjem aktar aċċessibbli għal kulħadd."

    Apparti spazji dedikali għal komunità u NGOs, il-Valletta Design Cluster (VDC), li jinsab fis-sit tal-Biċċerija l-Antika tal-Belt Valletta, se tinfetaħ roof garden tal-ewwel tip tagħha fuq il-bejt tal-binja li se tkun miftuħa għar-residenti u viżitaturi u li se tkun aċċessibbli permezz ta' lift speċifiku b'aċċess mit-triq.  L-inizjattiva se toħloq spazju aħdar ieħor f'belt urbana bħalma hi l-Belt Valletta fil-qalba taż-zona residenzjali tan-naħa t'isfel tal-Belt. Il-ġnien qed jiġi ddisinjat minn Tetsuo Kondo Architects mill-Ġappun, b'kollaborazzjoni mal-Fakultà tal-Ambjent Mibni tal-Università ta' Malta.

    Il-VDC se jinkorpora spazji differenti li se jikontribwixxu għall-iżvilupp ta' hub ta' attività kreattiva. L-ispazji se jkunu armati b'għodda u tagħmir tal-fabrikazzjoni diġitali, spazju komunali fejn studenti u individwi fis-settur kulturali jkunu jistgħu jaħdmu, spazju għall-ikel, diversi swali għal laqgħat u konferenzi, kif ukoll ħmistax-il studjo għal xogħol fit-tul ma' kollettivi u organizzazzjonijiet li se jkunu qed joperaw ġewwa l-VDC. Dawn se jkunu organizzazzjonijiet li jridu joħolqu jew jiżviluppaw proġetti kreattivi u kulturali għal komunità relatati mad-disinn bħala soluzzjoni għal diversi problemi.

    Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal, "Dan hu legat ta' Valletta 2018 li se jkun qed ikompli jitmexxa mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta."

    Il-VDC hu spazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva li tappoġġja u tippromwovi id-disinn bħala katalista għall-innovazzjoni, kif ukoll approċċ multidixxiplinarju li se joħloq impatt pożittiv għal komunitajiet u individwi differenti. Il-kontributuri essenzjali għal dan l-isforz kbir ta' riġenerazzjoni huma r-residenti Beltin u l-komunitajiet tal-madwar flimkien ma' professjonisti li huma intiżi fuq disinn fis-settur kulturali u kreattiv.

    Ix-xogħlijiet ta' restawr fil-Biċċerija bdew fl-2017 wara proċess ta' tliet snin ta' impenn komunitarju fl-iżvilupp tal-kunċett u l-analiżi tal-bżonnijiet tas-settur, flimkien ma' komunikazzjoni ma' diversi komunitajiet ġewwa l-Belt Valletta li huma l-punt ta' bejn il-passat u l-futur tal-Belt.

    L-għan strateġiku tal-proġett hu li jikkontribwixxi għar-riġenerazzjoni urbana li qed jaħdem fuqu l-Gvern fiz-żona tal-Belt Valletta li tagħmel mal-Port ta' Marsamxett. Dan il-proċess ta' riġenerazzjoni qed isir biex itejjeb l-istandard soċjali, kulturi u ekonomiku permezz ta' investiment f'infrastruttura kulturali aħjar li se jiġġenera spazji ġodda għall-komunità biex in-nies jkunu jistgħu jinteraġixxu flimkien, kif ukoll attività ekonomika u impjieg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0